+Artikolu 29 2.

Artikolu 29 2.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi meta ditta ta’ investiment tiddeċiedi li taħtar aġent marbut, hija tibqa’ responsabbli bis-sħiħ u mingħajr kundizzjoni għal kull azzjoni jew ommissjoni min-naħa tal-aġent marbut meta dan ikun qed jaġixxi f’isem id-ditta ta’ investiment. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditta ta’ investiment tiżgura illi aġent marbut jiżvela l-kapaċità li fiha jkun qiegħed jaġixxi u d-ditta ta’ investiment li jkun qiegħed jirrappreżenta meta jikkuntattja lil klijent jew klijent potenzjali jew qabel ma jibda jinnegozja magħhom.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu, skont l-Artikolu 16(6), (8) u (9), lill-aġenti marbuta rreġistrati fit-territorju tagħhom li jżommu l-flus u/jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti f’isem jew fuq ir-responsabilità sħiħa tad-ditta ta’ investiment li għaliha jkunu qegħdin jaġixxu fit-territorju tagħhom jew, fil-każ ta’ ħidma li taqsam il-fruntieri, fit-territorju ta’ Stat Membru li jippermetti aġent marbut li jżommu l-flus tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ investiment jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-aġenti marbuta tagħhom sabiex jiżguraw li huma jkomplu jikkonformaw ma’ din id-Direttiva meta jaġixxu permezz tal-aġenti marbuta.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.