+Artikolu 30 It-tranżazzjonijiet imwettqa mal-kontropartijiet eliġibbli
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
|
Artikolu 30 It-tranżazzjonijiet imwettqa mal-kontropartijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li jkunu awtorizzati biex jeżegwixxu ordnijiet f’isem il-klijenti, u/jew jinnegozjaw f’isimhom, u/jew jirċievu u jittrażmettu ordnijiet, jistgħu jaslu għal tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet eliġibbli jew jidħlu għalihom magħhom mingħajr ma jkunu obbligati jikkonformaw mal-obbligi skont l-Artikolu 24, ħlief għall-paragrafu 5a tiegħu, l-Artikolu 25, l-Artikolu 27 u l-Artikolu 28(1), rigward dawn it-tranżazzjonijiet jew rigward kwalunkwe servizz sekondarju li jkollu x’jaqsam direttament ma’ dawn it-tranżazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-relazzjoni tagħhom mal-kontropartijiet eliġibbli, id-ditti ta’ investiment jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u jikkomunikaw b’mod li jkun ġust, ċar u li ma jqarraqx, filwaqt li jqisu n-natura tal-kontroparti eliġibbli u tan-negozju tagħha.
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala kontropartijiet eliġibbli għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu lid-ditti ta’ investiment, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-UCITS u l-kumpaniji tal-ġestjoni tagħhom, il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tal-ġestjoni tagħhom, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra awtorizzati jew irregolati bil-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġijiet nazzjonali ta’ Stat Membru, il-gvernijiet nazzjonali u l-uffiċċji korrispondenti tagħhom inklużi l-korpi pubbliċi li jittrattaw id-dejn pubbliku fil-livell nazzjonali, il-banek ċentrali u l-organizzazzjonijiet sopranazzjonali. Il-klassifika bħala kontroparti eliġibbli skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ dawn l-entitajiet li jitolbu, jew f’għamla ġenerali jew fuq il-bażi ta’ negozju negozju, trattament bħala klijenti li l-kummerċ tagħhom mad-ditta ta’ investiment huwa soġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28.
|
|
Artikolu 30 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli impriżi oħra li jissodisfaw rekwiżiti proporzjonati stabbiliti minn qabel, inklużi limiti kwantitattivi. Fil-każ ta’ tranżazzjoni li fiha l-kontropartijiet prospettivi jkunu jinsabu f’ġuriżdizzjonijiet differenti, id-ditta ta’ investiment għandha tiddifferixxi għall-istatus tal-impriża l-oħra kif stabbilit mil-liġijiet jew mill-miżuri tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita din l-impriża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, meta tidħol fi tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 1 ma’ dawn l-impriżi, id-ditta ta’ investiment tikseb il-konferma espressa mill-kontroparti prospettiva li hija taqbel li tiġi ttrattata bħala kontroparti eliġibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditta ta’ investiment tikseb dik il-konferma jew fl-għamla ta’ ftehim ġenerali jew għal kull tranżazzjoni individwali.
|
|
Artikolu 30 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala kontropartijiet eliġibbli entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu ekwivalenti għal dawk il-kategoriji ta’ entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli intrapriżi ta’ pajjiżi terzi bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 bl-istess kundizzjonijiet u suġġetti għall-istess rekwiżiti bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 30 5.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex tispeċifika:
(a)
il-proċeduri għat-talba għal trattament bħala klijenti skont il-paragrafu 2;
(b)
il-proċeduri sabiex tinkiseb il-konferma espressa mingħand il-kontropartijiet prospettivi skont il-paragrafu 3;
(c)
ir-rekwiżiti proporzjonati prestabbiliti, inklużi l-limiti kwantitattivi li jippermettu li impriża tiġi kkunsidrata li tkun kontroparti eliġibbli skont il-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|