+Artikolu 31 Il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tal-MTF jew l-OTF u ma’ obbligi legali oħra
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
|
Artikolu 31 Il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tal-MTF jew l-OTF u ma’ obbligi legali oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi, rilevanti għall-MTF jew OTF, għall-monitoraġġ regolari tal-konformità mill-membri jew il-parteċipanti jew l-utenti tagħhom mar-regoli tagħha. Id-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF għandhom jimmonitorjaw l-ordnijiet mibgħuta, inklużi kanċellazzjonijiet u t-tranżazzjonijiet imwettqa mill-membri jew il-parteċipanti jew l-utenti tagħhom skont is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw il-ksur ta’ dawk ir-regoli, kundizzjonijiet diżordinati tan-negozji, imġiba li tista’ tindika mġiba pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew tħarbit fis-sistema b’rabta ma’ strument finanzjarju u għandhom jużaw ir-riżorsa neċessarja biex jiżguraw li tali monitoraġġ ikun effettiv. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ditti tal-investiment u operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF ikollhom arranġamenti fis-seħħ sabiex jiżguraw li jissodisfaw l-istandards tal-kwalità tad-data kif stabbilit fl-Artikolu 22b tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
|
|
Artikolu 31 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ investiment jew lill-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF biex jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tagħhom immedjatament dwar ksur sinifikanti tar-regoli tagħha jew kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar jew imġiba li tista’ tindika mġiba pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew tħarbit fis-sistema b’rabta ma’ strument finanzjarju. L-awtoritajiet kompetenti tad-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B’rabta ma’ kondotta li tista’ tindika mġiba pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014, awtorità kompetenti trid tkun konvinta li tali mġiba tkun qed issir jew tkun saret qabel ma tavża lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-AETS.
|
|
Artikolu 31 3.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF ifornu wkoll mingħajr dewmien żejjedit-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-awtorità li hija kompetenti sabiex jiġi investigat u mħarrek l-abbuż tas-suq u li huma jagħtu assistenza sħiħa lil din tal-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-abbuż tas-suq li jkun qed iseħħ fis-sistemi tagħhom jew permezz tas-sistemi tagħhom.
|
|
Artikolu 31 4.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex tiddetermina ċ-ċirkustanzi li jwasslu għal rekwiżit ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|