+Artikolu 32 2.

Artikolu 32 2.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF li jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju jissospendi jew ineħħi wkoll id-derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbutin jew li jirreferu għal dak l-istrument finanzjarju fejn meħtieġ biex jappoġġa l-objettivi tas-sospensjoni jew it-tneħħija tal-istrument finanzjarju sottostanti. Id-ditta ta’ investiment jew l-operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF għandu jippubblika d-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni jew it-tneħħija tal-istrument finanzjarju u dwar kwalunkwe derivattiva u jikkomunika d-deċiżjonijiet relevanti lill-awtorità kompetenti tiegħu.

L-awtorità kompetenti, li s-sospensjoni jew it-tneħħija oriġinat fil-ġurisdizzjoni tagħha, għandha teħtieġ li swieq regolati, MTFs oħrajn, OTFs oħrajn u internalizzaturi sistematiċi, li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni u jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju jew derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I għal din id-Direttiva li huma marbuta ma’ dak l-istrument finanzjarju jew jirreferu għalih, jissospendu jew ineħħu wkoll dak l-istrument finanzjarju jew derivattivi min-negozjar, fejn is-sospensjoni jew it-tneħħija tkun minħabba suspett ta’ abbuż tas-suq, jew offerta ta’ akkwiżizzjoni jew in-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni privileġġata dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju bi ksur tal-Artikoli 7 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 minbarra fejn tali sospensjoni jew tneħħija tista’ tikkawża dannu konsiderevoli lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament xieraq tas-suq.

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel immedjatament pubblika u tikkomunika lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn deċiżjoni bħal din.

L-awtoritajiet kompetenti notifikati tal-Istati Membri l-oħra għandhom jeħtieġu li swieq regolati, MTFs oħrajn, OTFs oħrajn u internalizzaturi sistematiċi, li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju jew derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbuta ma’ dak l-istrument finanzjarju jew jirreferu għalih, jissospendu jew ineħħu wkoll dak l-istrument finanzjarju jew derivattivi min-negozjar, fejn is-sospensjoni jew it-tneħħija tkun minħabba suspett ta’ abbuż tas-suq, jew offerta ta’ akkwiżizzjoni jew in-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni privileġġata dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju bi ksur tal-Artikoli 7 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 minbarra fejn tali sospensjoni jew tneħħija tista’ tikkawża dannu konsiderevoli lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament xieraq tas-suq.

Kull awtorità kompetenti notifikata għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra, inkluża spjegazzjoni jekk id-deċiżjoni kienet li ma tissospendix jew tneħħix min-negozjar l-istrument finanzjarju jew derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbuta jew jirreferu għal dak l-istrument finanzjarju.

Dan il-paragrafu japplika wkoll meta s-sospensjoni min-negozjar ta’ strument finanzjarju jew derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbuta jew jirreferu għal dak l-istrument finanzjarju titneħħa.

Il-proċedura ta’ notifika msemmija f’dan il-paragrafu għandha tapplika wkoll fil-każ fejn id-deċiżjoni li jiġu sospiżi jew imneħħija min-negozjar strument finanzjarju jew derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbuta jew jirreferu għal dak l-istrument finanzjarju tittieħed mill-awtorità kompetenti skont il-punti (m) u (n) tal-Artikolu 69(2).

Biex ikun żgurat li l-obbligu ta’ sospensjoni jew tneħħija min-negozjar ta’ tali derivattivi jiġi applikat proporzjonalment, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-każijiet fejn il-konnessjoni bejn derivattiv kif imsemmi fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I relatati ma’ strument finanzjarju jew li jirreferu għalih, li ġie sospiż jew imneħħi min-negozjar, u l-istrument finanzjarju oriġinali jimplika li d-derivattiv ukoll għandu jiġi sospiż jew imneħħi min-negozjar, sabiex jinkiseb l-objettiv tas-sospensjoni jew it-tneħħija tal-istrument finanzjarju sottostanti.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.