+Artikolu 37 L-aċċess għall-faċilitajiet ta’ CCP, ta’ kklerjar u ta’ saldu u d-dritt li tingħażel is-sistema ta’ saldu
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
|
Artikolu 37 L-aċċess għall-faċilitajiet ta’ CCP, ta’ kklerjar u ta’ saldu u d-dritt li tingħażel is-sistema ta’ saldu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Mingħajr preġudizzji għat-Titoli III, IV jew V tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment minn Stati Membri oħra jkollhom id-dritt tal-aċċess dirett u indirett għas-sistemi ta’ CCP, ta’ kklerjar u ta’ saldu fit-territorju tagħhom sabiex jiġu ffinalizzati jew tiġi rranġata l-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-aċċess dirett jew indirett ta’ dawn id-ditti ta’ investiment għal dawn il-faċilitajiet ikun suġġett għall-istess kriterji mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi li japplikaw għall-membri jew għall-parteċipanti lokali. L-Istati Membri ma għandhomx jirrestrinġu l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet għall-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji mwettqa f’ċentru ta’ negozjar fit-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 37 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq regolati fit-territorju tagħhom joffru lill-membri jew lill-parteċipanti kollha tagħhom id-dritt li jaħtru s-sistema għas-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji mwettqa f’dak is-suq regolat, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawk ir-rabtiet u l-arranġamenti bejn is-sistema tas-saldu maħtura u kull sistema jew faċilità oħra meħtieġa sabiex ikun żgurat is-saldu ekonomiku u effiċjenti tat-tranżazzjoni kkonċernata;
(b)
qbil mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-suq regolat li l-kundizzjonijiet tekniċi għas-saldu tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq regolat permezz ta’ sistema tas-saldu oħra differenti minn dik maħtura mis-suq regolat ikunu tali li jippermettu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.
Dik il-valutazzjoni tas-suq regolat mill-awtorità kompetenti għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-banek ċentrali nazzjonali bħala sorveljanti tas-sistemi tas-saldu jew ta’ awtoritajiet superviżorji oħrajn b’kompetenza b’rabta ma’ dawn is-sistemi. L-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza/is-superviżjoni diġà eżerċitata minn dawn l-istituzzjonijiet sabiex tevita d-duplikazzjoni mhix dovuta tal-kontrolli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|