+Artikolu 39 Stabbiliment ta’ fergħa
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.

Artikolu 39 Stabbiliment ta’ fergħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
Stat Membru jista’ jesiġi li ditta ta’ pajjiż terz li jkollha l-intenzjoni li tforni servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment b’xi servizzi anċillari jew mingħajrhom lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti professjonali skont it-tifsira tat-Taqsima II tal-Anness II fit-territorju tiegħu tistabbilixxi fergħa f’dak l-Istat Membru.
Artikolu 39 2.

Fejn Stati Membru jesiġi li ditta ta’ pajjiż terz li jkollha l-intenzjoni li tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment b’xi servizzi anċillari jew mingħajrhom fit-territorju tiegħu tistabbilixxita’ fergħa, il-fergħa għandha takkwista awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti ta’ daw l-Istat Membru skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-għoti ta’ servizzi li għalihom id-ditta ta’ pajjiż terz titlob awtorizzazzjoni tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni u superviżjoni fil-pajjiż terz fejn id-ditta tiġi stabbilita u d-ditta li qed tagħmel it-talba tkun awtorizzata kif inhu xieraq, fejn l-awtorità kompetenti tqis debitament kwalunkwe rakkomandazzjoni FATF fil-kuntest ta’ ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu;

(b) 

arranġamenti ta’ kooperazzjoni, li jinkludu dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskambju tal-informazzjoni biex tkun ippriservata l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur, huma fis-seħħ bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn tkun se tiġi stabbilita l-fergħa u l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tal-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta;

(c) 

biżżejjed kapital inizjali għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa;

(d) 

persuna waħda jew iktar jinħatru biex ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa u li dawn kollha jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat skont l-Artikolu 9(1);

(e) 

il-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta ta’ pajjiż terz iffirma ftehim mal-Istat Membru fejn għandha tkun stabbilita l-fergħa, li huwa konformi b’mod sħiħ mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni dwar it-Tassazzjoni fuq il-Mudell tal-OECD dwar id-Dħul u l-Kapital u jiżgura skambju effettiv tal-informazzjoni fi kwistjonijijiet tat-tassazzjoni, inkluż, jekk hemm, ftehimiet fiskali multilaterali;

(f) 

id-ditta tappartjeni għal skema ta’ kumpens tal-investitur awtorizzata jew rikonoxxuta skont id-Direttiva 97/9/KE.

Artikolu 39 3.
Id-ditta ta’ pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tippreżenta l-applikazzjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun beħsiebha tistabbilixxi fergħa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.