+Artikolu 44 L-awtorizzazzjoni u l-liġi applikabbli
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.
|
Artikolu 44 L-awtorizzazzjoni u l-liġi applikabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirriżervaw l-awtorizzazzjoni bħala suq regolat għal dawk is-sistemi li jikkonformaw ma’ dan it-Titolu. L-awtorizzazzjoni bħala suq regolat għandha tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata illi kemm l-operatur tas-suq kif ukoll is-sistemi tas-suq regolat jikkonformaw għall-inqas mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu. Fil-każ li suq regolat ikun persuna ġuridika u jkun amministrat jew imħaddem minn operatur tas-suq għajr is-suq regolat innifsu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif l-obbligi differenti imposti fuq l-operatur tas-suq skont din id-Direttiva għandhom jiġu allokati bejn is-suq regolat u l-operatur tas-suq. L-operatur tas-suq għandu jipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm tal-operazzjonijiet tiegħu li jagħti, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi ta’ kummerċ previsti u l-istruttura organizzattiva, meħtieġ biex jgħin lill-awtorità kompetenti tissodisfa ruħha li d-ditta ta’ investiment tkun għamlet, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti meħtieġa kollha biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 44 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur tas-suq iwettaq kompiti li għandhom x’jaqsmu mal-organizzazzjoni u l-operat tas-suq regolat taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jirrevedu b’mod regolari l-konformità tas-swieq regolati ma’ dan it-Titolu. Għandhom jiżguraw ukoll illi l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw il-fatt li s-swieq regolati jikkonformaw il-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti skont dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 44 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operatur tas-suq ikun responsabbli li jiżgura illi s-suq regolat li huwa jamministra jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f’dan it-Titolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi l-operatur tas-suq ikun intitolat jeżerċita d-drittijiet li jikkorrispondu mas-suq regolat li jamministra bis-saħħa ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 44 4.
|
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew tad-Direttiva 2014/57/UE, il-liġijiet pubbliċi li jirregolaw il-kummerċ imwettaq skont is-sistemi tas-suq regolat għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat.
|
|
Artikolu 44 5.
|
L-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil suq regolat meta dan:
(a)
ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ma jkunx ħadem fis-sitt xhur ta’ qabel, għajr jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda illi f’dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;
(b)
ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kull mezz ieħor mhux regolari;
(c)
ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
(d)
ikun kiser b’mod gravi u sistematiku d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(e)
jaqa’ taħt xi wieħed mill-każijiet li fihom il-liġijiet nazzjonali jipprevedu l-irtirar.
|
|
Artikolu 44 6.
|
L-AETS għandha tiġi nnotifikata bi kwalunkwe rtirar ta’ awtorizzazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|