+Artikolu 51 Ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
---+Artikolu 51 4.
---+Artikolu 51 5.
---+Artikolu 51 6.
|
Artikolu 51 Ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-swieq regolati jkollhom regoli ċari u trasparenti rigward l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw illi kull strument finanzjarju ammess għan-negozjar f’suq regolat ikun kapaċi jiġi nnegozjat b’mod ġust, bl-ordni u b’mod effiċjenti u, fil-każ tat-titoli trasferibbli, li dawn ikunu jistgħu jiġu nnegozjati fil-libertà.
|
|
Artikolu 51 2.
|
Fil-każ tad-derivattivi, ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw b’mod partikolari illi d-disinn tal-kuntratt tad-derivattivi jippermetti għall-ipprezzar bl-ordni tagħhom kif ukoll għall-eżistenza ta’ kundizzjonijiet effettivi tas-saldu.
|
|
Artikolu 51 3.
|
Minbarra l-obbligi mogħtija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-suq regolat jistabbilixxi u jżomm arranġamenti effettivi sabiex jivverifika li l-emittenti tat-titoli trasferibbli li jiġu ammessi għan-negozjar fis-suq regolat jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni rigward l-obbligi inizjali, kontinwi jew ad hoc tad-divulgazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-suq regolat jistabbilixxi arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess, għall-membri jew il-parteċipanti tiegħu, għat-tagħrif li jkun ġie ppubblikat skont id-dritt tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 51 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq regolati jkunu stabbilixxew l-arranġamenti meħtieġa sabiex jirrieżaminaw b’mod regolari l-konformità tal-istrumenti finanzjarji li huma jammettu għan-negozjar mar-rekwiżiti għall-ammissjoni.
|
|
Artikolu 51 5.
|
Titolu transferibbli li jkun ġie ammess għan-negozjar f’suq regolat jista’ jiġi ammess sussegwentement għan-negozjar fi swieq regolati oħra, saħansitra mingħajr il-kunsens tal-emittent u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/71/KE. L-emittent għandu jiġi mgħarraf mis-suq regolat dwar il-fatt illi t-titoli tiegħu jkunu qegħdin jiġu nnegozjati f’dak is-suq regolat. L-emittent ma għandu jkun soġġett għall-ebda obbligu li jipprovdi t-tagħrif rikjest skont il-paragrafu 3 direttament lil kull suq regolat li jkun ammetta t-titoli tiegħu għan-negozjar mingħajr il-kunsens tiegħu.
|
|
Artikolu 51 6.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li:
(a)
jispeċifika l-karatteristiċi tal-klassijiet differenti tal-istrumenti finanzjarji li għandhom jitqiesu mis-suq regolat meta jkun qed jivvaluta jekk strument finanzjarju ikunx maħruġ b’mod li jkun konsistenti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 sabiex jiġi ammess għan-negozjar fis-segmenti differenti tas-suq fejn jopera;
(b)
jiċċara l-arranġamenti li s-suq regolat huwa rikjest jimplimenta sabiex jitqies li jkun issodisfa l-obbligu tiegħu li jivverifika illi l-emittent ta’ titolu trasferibbli jkun jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni rigward l-obbligi inizjali, kontinwi jew ad hoc tad-divulgazzjoni;
(c)
jiċċara l-arranġamenti li s-suq regolat irid jistabbilixxi skont il-paragrafu 3 sabiex jiffaċilita l-aċċess, għall-membri jew il-parteċipanti tiegħu, għat-tagħrif li jkun ġie ppubblikat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|