+Artikolu 52 Sospensjoni u tneħħija ta’ strumenti finanzjarji min-negozjar f’suq regolat
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.

Artikolu 52 Sospensjoni u tneħħija ta’ strumenti finanzjarji min-negozjar f’suq regolat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 69(2) li titlob għas-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ strument finanzjarju min-negozjar, operatur tas-suq jista’ jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju li ma jkunx għadu jikkonforma mar-regoli tas-suq regolat għajr jekk tali sospensjoni jew tneħħija x’aktarx li tkun se tikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament tajjeb tas-suq.
Artikolu 52 2.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operatur tas-suq li jissospendi jew ineħħi min-negozjar strument finanzjarju jissospendi jew ineħħi wkoll id-derivattivi kif imsemmi fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbutin jew li jirreferu għal dak l-istrument finanzjarju fejn huwa meħtieġ biex jappoġġa l-objettivi tas-sospensjoni jew it-tneħħija tal-istrument finanzjarju sottostanti. L-operatur tas-suq għandu jippubblika d-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni jew it-tneħħija tal-istrument finanzjarju u dwar kwalunkwe derivattiv u jikkomunika d-deċiżjonijiet rilevanti lill-awtorità kompetenti tiegħu.

L-awtorità kompetenti, li s-sospensjoni jew it-tneħħija oriġinat fil-ġurisdizzjoni tagħha, għandha tirrikjedi li swieq regolati oħrajn, MTFs, OTFs u SIs, li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni u jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju jew derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbuta ma’ dak l-istrument finanzjarju jew jirreferu għalih, jissospendu jew ineħħu wkoll dak l-istrument finanzjarju jew derivattivi min-negozjar, fejn is-sospensjoni jew it-tneħħija tkun minħabba suspett ta’ abbuż tas-suq, jew offerta ta’ akkwiżizzjoni jew in-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni privileġġata dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju li jikser l-Artikoli 7 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 minbarra fejn tali sospensjoni jew tneħħija tista’ tikkawża dannu konsiderevoli lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament tajjeb tas-suq.

Kull awtorità kompetenti notifikata għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra, inkluża spjegazzjoni jekk id-deċiżjoni kienet li ma tissospendix jew ma tneħħix min-negozjar l-istrument finanzjarju jew derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbuta jew jirreferu għal dak l-istrument finanzjarju.

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel immedjatament pubblika u tikkomunika lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn deċiżjoni ta’ dan it-tip.

L-awtoritajiet kompetenti notifikati tal-Istati Membri l-oħra għandhom jirrikjedu li swieq regolati, MTFs oħrajn, OTFs oħrajn u internalizzaturi sistematiċi, li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju jew derivattivi msemmija fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I għal din id-Direttiva li huma marbuta ma’ dak l-istrument finanzjarju jew jirreferu għalih, jissospendu jew ineħħu wkoll dak l-istrument finanzjarju jew derivattivi min-negozjar, fejn is-sospensjoni jew it-tneħħija tkun minħabba suspett ta’ abbuż tas-suq, jew offerta ta’ akkwiżizzjoni jew in-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni privileġġata dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju li jikser l-Artikoli 7 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 minbarra fejn tali sospensjoni jew tneħħija tista’ tikkawża dannu konsiderevoli lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament tajjeb tas-suq.

Dan il-paragrafu japplika wkoll meta titneħħa s-sospensjoni min-negozjar ta’ strument finanzjarju jew derivattivi kif imsemmi fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbuta jew jirreferu għal dak l-istrument finanzjarji.

Il-proċedura ta’ notifika msemmija f’dan il-paragrafu għandha tapplika wkoll fil-każ fejn id-deċiżjoni li jiġu sospiżi jew imneħħija min-negozjar strument finanzjarju jew derivattivi kif imsemmi fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I li huma marbuta jew jirreferu għal dak l-istrument finanzjarju tittieħed mill-awtorità kompetenti skont il-punti (m) u (n) tal-Artikolu 69(2).

Biex ikun żgurat li l-obbligu ta’ sospensjoni jew tneħħija min-negozjar ta’ tali derivattivi jiġi applikat proporzjonalment, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-każijiet fejn il-konnessjoni bejn derivattiv marbut ma’ strument finanzjarju jew li jirreferi għalih, li ġie sospiż jew imneħħi min-negozjar u l-istrument finanzjarju oriġinali timplika li d-derivattiv ukoll għandu jiġi sospiż jew imneħħi min-negozjar, sabiex jinkiseb l-objettiv tas-sospensjoni jew it-tneħħija tal-istrument finanzjarju sottostanti.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 52 3.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format u ż-żmien tal-komunikazzjonijiet u l-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 52 4.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex tispeċifika l-lista ta’ ċirkostanzi li jikkostitwixxu ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri u lill-funzjonament tajjeb tas-suq imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.