+Artikolu 76 Sigriet professjonali
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
---+Artikolu 76 5.

Artikolu 76 Sigriet professjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati l-kompiti skont l-Artikolu 67(2), kif ukoll l-awdituri u l-esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jkunu marbuta bl-obbligu tas-sigriet professjonali. Huma ma għandhom jiddivulgaw l-ebda tagħrif kunfidenzjali li jistgħu jirċievu fit-twettiq ta’ dmirijiethom, għajr f’għamla sommarja jew aggregata hekk li d-ditti ta’ investiment individwali, l-operaturi tas-suq, is-swieq regolati jew kwalunkwe persuna oħra ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-dritt kriminali jew fiskali nazzjonali jew għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
Artikolu 76 2.
Meta ditta ta’ investment, operatur tas-suq jew suq regolat ikunu ġew iddikjarati bħala falluti, jew ikunu obbligati li jiġu stralċati, jista’ jiġi ddivulgat tagħrif kunfidenzjali li ma jirrigwardax lil partijiet terzi fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitwettqu dawn il-proċedimenti.
Artikolu 76 3.
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-dritt kriminali jew fiskali nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi għajr l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tagħrif kunfidenzjali skont din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jistgħu jużawh biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom u għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew, fil-każ tal-awtoritajiet, il-korpi jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħrajn, għall-fini li għalih dan it-tagħrif ikun ingħatalhom u/jew fil-kuntest ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji li jkollhom x’jaqsmu b’mod speċifiku mal-eżerċitar ta’ dawk il-funzjonijiet. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti jew kull awtorità, korp jew persuna oħra li tikkomunika t-tagħrif tagħti l-kunsens tagħha għal dan, l-awtorità li tirċievi t-tagħrif tista’ tużah għal finijiet oħra.
Artikolu 76 4.
Kull tagħrif kunfidenzali rċevut, skambjat jew trażmess skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu soġġett għall-kondizzjonijiet tas-sigriet professjonali stabbiliti f’dan l-Artikolu. Madankollu, dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu tagħrif kunfidenzjali bi qbil ma’ din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mad-Direttivi jew ir-Regolamenti l-oħra li japplikaw għad-ditti ta’ investiment, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, l-UCITS, l-AIF, l-intermedjarji fl-oqsma tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-impriżi ta’ assigurazzjoni, is-swieq regolati jew l-operaturi tas-suq, is-CCPs, is-CSDs, jew b’mod ieħor bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità jew korp jew persuna fiżika jew ġuridika oħrajn li jkunu kkomunikaw it-tagħrif.
Artikolu 76 5.
Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu, bi qbil mad-dritt nazzjonali, tagħrif kunfidenzjali li ma jkunx ġie rċevut mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.