|
+Artikolu 88 1. |
Artikolu 88 1.L-Istati Membri u, f’konformita’ mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta’ tagħrif mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni divulgata tkun soġġetta għal garanziji ta’ sigriet professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk rikjesti skont l-Artikolu 76. Dan l-iskambju ta’ tagħrif irid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti. Stat Membru għandu jittrasferixxi data personali lil pajjiż terz bi qbil mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE. L-AETS għandha tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz bi qbil mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 45/2001. L-Istati Membri u l-AETS jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta’ tagħrif mal-awtoritajiet, il-korpi jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn pajjiż terz responsabbli għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u impriżi ta’ assigurazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
(b)
il-likwidazzjoni u l-falliment ta’ ditti ta’ investiment u proċeduri simili oħra;
(c)
it-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi ta’ assigurazzjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom, jew li jamministraw skemi ta’ kumpens, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;
(d)
is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ ditti ta’ investiment u fi proċeduri simili oħra;
(e)
is-sorveljanza ta’ persuni inkarigati mit-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.
(f)
is-sorveljanza ta’ persuni attivi fis-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet bil-fini li tiġi żgurata perspettiva ġenerali konsolidata tas-swieq finanzjarji u spot;
(g)
is-sorveljanza ta’ persuni attivi fis-swieq tad-derivattivi ta’ komoditajiet agrikoli bil-għan li tiġi żgurata perspettiva ġenerali konsolidata tas-swieq finanzjarji u spot. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jistgħu jiġu konklużi biss jekk l-informazzjoni divulgata tkun soġġetta għall-garanziji ta’ sigriet professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk rikjesti skont l-Artikolu 76. Dan l-iskambju ta’ tagħrif għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet jew korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi. F’każ li ftehim ta’ kooperazzjoni jinvolvi t-trasferiment ta’ data personali min-naħa ta’ Stat Membru, dan it-trasferiment għandu jkun konformi mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 f’każ li l-AETS tkun involuta fit-trasferiment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|