|
+Artikolu 1 9. |
Artikolu 1 9.Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 6 għal banek ċentrali oħrajn. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Ġunju 2015, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn jiġi vvalutat it-trattament tat-tranżazzjonijiet minn banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, li għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu jinkludu l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-kompiti statitorji tagħhom u l-volumi ta’ kummerċ tagħhom fl-Unjoni. Ir-rapport għandu:
(a)
jidentifika dispożizzjonijiet applikabbli fil-pajjiżi terzi rilevanti rigward id-divulgazzjoni regolatorja ta’ tranżazzjonijiet ta’ bank ċentrali, inklużi tranżazzjonijiet magħmula minn membri tas-SEBĊ f’dawk il-pajjiżi terzi, u
(b)
jevalwaw l-impatt potenzjali li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni regolatorha fl-Unjoni jista’ jkollhom fuq it-tranżazzjonijiet ta’ bank ċentrali ta’ pajjiż terz. Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-eżenzjoni pprovduta fil-paragrafu 6 mhijiex neċessarja fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fejn il-kontroparti tkun bank ċentrali ta’ pajjiż terz li jkun qed iwettaq politika monetarja, skambju u operazzjonijiet ta’ stabilità finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi li dik l-eżenzjoni tapplika għal dak il-bank ċentrali ta’ pajjiż terz. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|