|
+Artikolu 17 3. |
Artikolu 17 3.Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà li d-ditti tal-investiment jiksbu l-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50, li jispeċifikaw:
(a)
il-kriterji li jispeċifikaw meta kwotazzjoni hija ppubblikata b’mod regolari u kontinwu u faċilment aċċessibbli kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) kif ukoll il-mezzi li bihom id-ditti tal-investiment jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jagħmlu pubbliki l-kwotazzjonijiet tagħhom, li għandhom jinkludu l-possibbiltajiet li ġejjin:
(i)
permezz tal-faċilitajiet ta’ kwalunkwe suq regolat li jkun aċċetta l-istrument inkwistjoni għan-negozjar;
(ii)
permezz ta’ APA;
(iii)
permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;
(b)
il-kriterji li jispeċifikaw dawk it-transazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minntranżazzjoni waħda jew dawk l-ordnijiet li huma soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 15(3);
(c)
il-kriterji li jispeċifikaw x’jista’ jiġi kkunsidrat bħala kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq li tippermetti l-irtirar tal-kwotazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aġġornament tal-kwotazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 15(1);
(d)
il-kriterji li jispeċifikaw meta l-għadd u/jew il-volum tal-ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż b’mod konsiderevoli n-norma kif imsemmi fl-paragrafu 2;
(e)
il-kriterji li jispeċifikaw meta l-prezzijiet jaqgħu f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 15(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|