+Artikolu 27f 1.
|
Artikolu 27f 1.
Il-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu f’kull ħin ikun ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza u jimpenja biżżejjed ħin sabiex jaqdi dmirijietu. Il-korp maniġerjali għandu jkollu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza kollettivi adegwati sabiex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta. Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b’onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb sabiex jikkontesta b’mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn meħtieġ u sabiex jissorvelja u jimmonitorja b’mod effettiv it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, fejn meħtieġ. Fejn operatur tas-suq jitlob awtorizzazzjoni sabiex jopera APA, CTP jew ARM skont l-Artikolu 27d u l-membri tal-korp maniġerjali tal-APA, tas-CTP jew tal-ARM ikunu l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|