+Artikolu 47 1.

Artikolu 47 1.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(2) fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw dan kollu li ġej:

(a) 

li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti, li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), u fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont dawk l-atti leġislattivi;

(b) 

li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju applikabbli u legalment vinkolanti; u

(c) 

li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti u effettiva għar-rikonoxximent tad-ditti tal-investiment awtorizzati skont reġimi legali ta’ pajjiżi terzi;

Meta l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, ir-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu biss li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fl-atti msemmija f’dak is-subparagrafu wara valutazzjoni dettaljata u granulari. Għal dawk il-għan, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta u tqis il-konverġenza superviżorja bejn il-pajjiż terz konċernat u l-Unjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.