+Artikolu 47 3.
|
Artikolu 47 3.
Ditta minn pajjiż terz stabbilita f’pajjiż li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie rikonoxxut bħala wieħed effettivament ekwivalenti b’konformità mal-paragrafu 1, u li hija awtorizzata b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tkun tista’ tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet koperti skont l-awtorizzazzjoni lil kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni mingħajr l-istabbiliment ta’ fergħat ġodda. Għal dan il-għan, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-forniment transfrunier ta’ servizzi u attivitajiet fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/65/UE. Il-fergħa għandha tibqa’ soġġetta għas-superviżjoni tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE. Madankollu, u mingħajr ħsara għall-obbligi ta’ kooperazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jistabblixxu ftehimiet ta’ kooperazzjoni proporzjonati sabiex jiżguraw li l-fergħa ta’ ditta minn pajjiż terz li tipprovdi servizzi ta’ investiment fl-Unjoni Ewropea tagħti l-livell xieraq ta’ protezzjoni tal-investitur.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|