|
+Artikolu 37 2. |
Artikolu 37 2.Id-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti maħsuba biex jiżguraw li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
analisti finanzjarji u persuni rilevanti oħra ma għandhomx jidħlu għal tranżazzjoni jew kummerċ personali, ħlief bħala kreaturi tas-suq li jaġixxu f'bona fede u fit-twettiq normali tal-ħolqien tas-suq jew fl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' klijent mhux mitluba, għan-nom ta' xi persuna oħra, inkluża d-ditta tal-investiment, fi strumenti finanzjarji li r-riċerka fl-investiment tirrelata għalihom, jew f'kull strument finanzjarju relatat, jekk ikunu mgħarrfa biż-żmien u bil-kontenut probabbli ta' dik ir-riċerka fl-investiment u din l-informazzjoni ma tkunx pubblikament disponibbli jew disponibbli għal klijenti u ma jistax wieħed jiddeduċiha b'mod faċli minn informazzjoni li tkun disponibbli, sakemm id-destinatarji tar-riċerka fl-investiment ma jkunx kellhom opportunità raġjonevoli biex jaġixxu fuqha;
(b)
f'ċirkostanzi mhux koperti mill-punt (a), analisti finanzjarji u kull persuna rilevanti oħra involuta fil-produzzjoni ta' riċerka fl-investiment ma għandhomx jidħlu għal tranżazzjonijiet personali fi strumenti finanzjarji li r-riċerka fl-investiment tirrelata għalihom, jew f'xi strumenti finanzjarji relatati, kuntrarji għar-rakkomandazzjonijiet preżenti, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali u bl-approvazzjoni minn qabel ta' membru tas-servizz ġuridiku jew tal-funzjoni tal-kontroll ta' konformità tal-kumpanija;
(c)
teżisti separazzjoni fiżika bejn l-analisti finanzjarji involuti fil-produzzjoni ta' riċerka għall-investiment u l-persuni rilevanti l-oħrajn li r-responsabbilitajiet jew interessi kummerċjali tagħhom jistgħu jkunu f'kunflitt mal-interessi tal-persuni li lilhom qed tiġi mqassma r-riċerka fl-investiment jew, meta meqjus bħala mhux xieraq għad-daqs u l-organizzazzjoni tal-kumpanija kif ukoll in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' barrieri alternattivi xierqa għall-informazzjoni.
(d)
id-ditti tal-investiment stess, analisti finanzjarji u persuni rilevanti oħrajn involuti fil-produzzjoni tar-riċerka fl-investiment ma għandhomx jaċċettaw inċentivi minn dawk b'interess materjali fis-suġġett tar-riċerka fl-investiment;
(e)
id-ditti tal-investiment stess, analisti finanzjarji, u persuni rilevanti oħrajn involuti fil-produzzjoni tar-riċerka fl-investiment ma għandhomx iwiegħdu lill-mittenti trattament pożittiv fir-riċerka tagħhom;
(f)
qabel it-tqassim tal-mittenti tar-riċerka fl-investiment, persuni rilevanti ħlief l-analisti finanzjarji, u kwalunkwe persuna oħra, m'għandhomx jitħallew jirrevedu abbozz tar-riċerka fl-investiment bil-għan li jivverifikaw l-eżattezza ta' dikjarazzjonijiet fattwali magħmula f'dik ir-riċerka, jew għal xi skop ieħor ta' xort'oħra mill-verifika tal-konformità mal-obbligi legali tal-kumpanija, fejn l-abbozz ikun jinkludi rakkomandazzjoni jew prezz fil-mira. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “strument finanzjarju relatat” għandha tkun kull strument finanzjarju li l-prezz tiegħu huwa effettwat ħafna minn ċaqliq fil-prezz fi strument finanzjarju ieħor li jkun is-suġġett ta' riċerka fl-investiment, u jinkludi derivattiv fuq dak l-istrument finanzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|