|
+Artikolu 43 |
Artikolu 43Artikolu 43 Żamma tar-rekords relatati mas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid fis-suq (L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE) Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu rekords tal-kontenut u ż-żmien tal-istruzzjonijiet irċevuti mill-klijenti. Għandu jinżamm rekord tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni għal kull operazzjoni sabiex ikun hemm rendikont tal-entrati bejn il-movimenti reġistrati fil-kontijiet tal-klijenti u l-istruzzjonijiet riċevuti mill-kumpanija ta' investiment. B'mod partikolari, l-allokazzjoni finali li tkun saret għal kull klijent tal-investiment għandha tiġi ġġustifikata u rrekordjata b'mod ċar. Ir-rendikont komplut tal-entrati tal-passi materjali fis-sottoskrizzjoni u l-proċess tat-tqegħid għandu jkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|