+Artikolu 56
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
|
Artikolu 56
Valutazzjoni tal-adegwatezza u obbligi maż-żamma tar-reġistri relatati (L-Artikolu 25(3) u 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw jekk dak il-klijent għandux l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa sabiex jifhem ir-riskji involuti fir-rigward tal-prodott jew tas-servizz tal-investiment offrut jew mitlub meta jivvalutaw jekk servizz tal-investiment kif imsemmi fl-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/65/UE huwiex adegwat għal klijent. Ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tassumi li klijent professjonali għandu l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa sabiex jifhem ir-riskji involuti fir-rigward ta' dawk is-servizzi jew tranżazzjonijiet tal-investiment partikolari, jew it-tipi ta' tranżazzjoni jew prodott, li għalihom il-klijent huwa kklassifikat bħala klijent professjonali.
|
|
Artikolu 56 2.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu reġistri tal-valutazzjonijiet ta' adegwatezza mwettqa li għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)
ir-riżultat ta' valutazzjoni tal-adegwatezza;
(b)
kull twissija mogħtija lill-klijent fejn is-servizz tal-investiment jew xiri tal-prodott kienu vvalutati bħala potenzjalment mhux adegwati għall-klijent, jekk il-klijent talabx sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja t-twissija u, fejn applikabbli, jekk id-ditta aċċettatx it-talba tal-klijent sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni;
(c)
kull twissija mogħtija lill-klijent fejn il-klijent ma pprovdiex biżżejjed informazzjoni sabiex jippermetti lid-ditta twettaq valutazzjoni tal-adegwatezza, jekk il-klijent talabx sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja din it-twissija u, fejn applikabbli, jekk id-ditta aċċettatx it-talba tal-klijent sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|