+Artikolu 63 2.

Artikolu 63 2.

Id-dikjarazzjoni ta' assi tal-klijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

dettalji tal-istrumenti finanzjarji jew tal-fondi kollha miżmuma mid-ditta tal-investiment għall-klijent fl-aħħar tal-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni;

(b) 

safejn kull strument finanzjarju jew fond tal-klijent kien is-suġġett ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;

(c) 

il-limitu ta' kull benefiċċju li jakkumula għall-klijent permezz tal-parteċipazzjoni fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, u l-bażi li fuqha akkumula dak il-benefiċċju.

(d) 

indikazzjoni ċara tal-assi jew fondi li huma soġġetti għar-regoli tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha u dawk li mhumiex, bħal dawk li huma soġġetti għal Ftehim Kollaterali ta' Trasferimenti ta' Titoli;

(e) 

indikazzjoni ċara ta' liema assi huma affettwati minn xi pekuljaretajiet fl-istatus ta' sjieda tagħhom, pereżempju minħabba imgħax fuq il-garanzija;

(f) 

il-valur tas-suq jew il-valur stmat, fejn il-valur tas-suq mhuwiex disponibbli, tal-istrumenti finanzjarji inklużi fid-dikjarazzjoni b'indikazzjoni ċara tal-fatt li n-nuqqas ta' prezz tas-suq x'aktarx huwa indikattiv ta' nuqqas ta' likwidità. L-evalwazzjoni tal-valur stmat għandha titwettaq mid-ditta abbażi tal-aħjar sforz.

F'każijiet fejn il-portafoll ta' klijent jinkludi l-qligħ minn tranżazzjoni waħda jew iżjed mhux issaldati, l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tista' jew tkun ibbażata fuq id-data tan-negozjati jew fuq id-data tas-saldu, diment li dik l-istess bażi tkun applikata b'mod konsistenti għall-informazzjoni kollha ta' dan it-tip fid-dikjarazzjoni.

Id-dikjarazzjoni perjodika tal-assi tal-klijenti imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi pprovduta fejn id-ditta tal-investiment tipprovdi aċċess għal sistema online lill-klijenti tagħha, li tikkwalifika bħala mezz permanenti, fejn dikjarazzjonijiet aġġornati tal-istrumenti finanzjarji jew fondi tal-klijent jistgħu jiġu aċċessati faċilment mill-klijent u d-ditta għandha evidenza li l-klijent aċċessa din id-dikjarazzjoni mill-anqas darba fit-tliet (3) xhur rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.