|
+Artikolu 68 1. |
Artikolu 68 1.Id-ditti tal-investiment ma għandhomx iwettqu ordni ta' klijent jew tranżazzjoni għan-nom proprju f'aggregazzjoni ma' klijent ieħor sakemm ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ma għandux ikun possibbli li l-aggregazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet taħdem b'mod ġenerali għall-iżvantaġġ ta' xi klijent li l-ordni tiegħu għandha tkun aggregata;
(b)
għandu jkun żvelat lil kull klijent li l-ordni tiegħu għandha tkun aggregata, li l-aggregazzjoni tista' taħdem għall-iżvantaġġ tiegħu fir-rigward ta' ordni partikolari;
(c)
għandha tkun stabbilita u implimentata b'mod effettiv politika ta' allokazzjoni ta' ordnijiet, li tipprovdi għall-allokazzjoni ġusta ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet aggregati, inkluż kif il-volum u l-prezz ta' ordnijiet jiddeterminaw allokazzjonijiet u t-trattament ta' eżekuzzjonijiet parzjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|