+Artikolu 72
---+Artikolu 72 1.
---+Artikolu 72 2.
---+Artikolu 72 3.

Artikolu 72

Iż-żamma tar-rekords

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 72 1.

Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz li jippermetti l-ħażna ta' informazzjoni b'mod aċċessibbli għal referenza fil-ġejjieni mill-awtorità kompetenti, u f'dik il-forma u b'tali mod li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtorità kompetenti għandha tkun kapaċi taċċesshom malajr u tikkostitwixxi mill-ġdid kull stadju prinċipali tal-ipproċessar ta' kull tranżazzjoni;

(b) 

għandu jkun possibbli li xi korrezzjonijiet jew emendi oħra, u l-kontenut tar-rekords qabel dawn il-korrezzjonijiet jew emendi, ikunu aċċertati faċilment;

(c) 

ma għandux ikun possibbli li r-rekords ikunu jistgħu jiġu mmanipulati jew mibdula b'xi mod ieħor;

(d) 

tippermetti użu bl-IT jew kull użu effiċjenti ieħor meta l-analiżi tad-data ma tistax titwettaq faċilment minħabba l-volum u n-natura tad-data; u

(e) 

l-arranġamenti tad-ditta huma konformi mar-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords irrispettivament mit-teknoloġija użata.

Artikolu 72 2.
Id-ditti tal-investiment għandhom tal-anqas iżommu r-rekords imsemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament skont in-natura tal-attivitajiet tagħhom.

Il-lista tar-rekords imsemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu taż-żamma tar-rekords li jirriżulta minn leġiżlazzjoni oħra.

Artikolu 72 3.
Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu wkoll rekords ta' kull politika u proċedura li huma mitluba jżommu skont id-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-Direttiva 2014/57/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 u l-miżuri ta' implimentazzjoni rispettivi bil-miktub.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lid-ditti tal-investiment sabiex iżommu rekords addizzjonali għal-lista msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.