+Artikolu 82
---+Artikolu 82 1.
---+Artikolu 82 2.
---+Artikolu 82 3.
|
Artikolu 82
Ċirkostanzi fejn tista' tiġi preżunta mġiba li tindika l-kondotta li hija pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 (L-Artikoli 31(2) u 54(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 82 1.
|
Meta jivvalutaw jekk ir-rekwiżit sabiex jinfurmaw minnufih l-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-kondotta li tista' tindika imġiba li hija pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 japplikax, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iqisu s-sinjali elenkati fit-Taqsima B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 82 2.
|
L-operatur ta' ċentru tan-negozjar wieħed jew aktar fejn strument finanzjarju u/jew strument finanzjarju relatat huma nnegozjati għandu japplika approċċ proporzjonat u għandu jeżerċita l-ġudizzju fuq is-sinjali attivati, inkluż sinjali rilevanti mhux speċifikament inklużi fit-Taqsima B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, qabel ma jinforma lill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti, filwaqt li jqis dan li ġej:
(a)
id-devjazzjonijiet mill-mudell tan-negozjar tas-soltu tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew negozjati fuq iċ-ċentru tan-negozjar tiegħu; u
(b)
l-informazzjoni disponibbli jew aċċessibbli għall-operatur, kemm jekk din tkun interna bħala parti mill-operazzjonijiet taċ-ċentru tan-negozjar jew disponibbli b'mod pubbliku,
|
|
Artikolu 82 3.
|
L-operatur ta' ċentru tan-negozjar wieħed jew aktar għandu jqis imġibiet front running, li jikkonsistu f'membru tas-suq jew parteċipant jinnegozjaw, għalihom stess, qabel il-klijent tagħhom, u għal dak il-għan għandu juża d-data mill-ktieb tal-ordnijiet meħtieġa sabiex tkun irreġistrata miċ-ċentru tan-negozjar skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, b'mod partikolari dawk relatati mal-mod kif il-membru jew il-parteċipant iwettaq l-attività tan-negozjar tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|