+ANNESS III

ANNESS III

ANNESS III

Rekwiżit għall-operaturi ta' ċentri ta' negozjar biex jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom

TAQSIMA A

Sinjali li jistgħu jindikaw ksur sinifikanti tar-regoli ta' ċentru ta' negozjar jew kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew tħarbit fis-sistema b'rabta ma' strument finanzjarju

Ksur sinifikanti tar-regoli ta' ċentru tan-negozjar

1. Il-parteċipanti fis-suq jiksru r-regoli taċ-ċentru tan-negozjar li għandhom l-għan li jipproteġu l-integrità tas-suq, il-funzjonament xieraq tas-suq jew l-interessi sinifikanti ta' parteċipanti oħra fis-suq; kif ukoll

2. Ċentru tan-negozjar iqis li ksur ikun ta' severità jew ta' impatt suffiċjenti li jiġġustifika l-kunsiderazzjoni ta' azzjoni dixxiplinarja.

Kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati

3. Il-proċess ta' identifikazzjoni tal-prezz jkun imbagħbas matul perjodu ta' żmien sinifikanti;

4. Il-kapaċitajiet tas-sistemi tan-negozjar jintlaħqu jew jinqabżu;

5. Il-ġeneraturi tas-suq/fornituri ta' likwidità jallegaw b'mod ripetittiv li negozju jkun sar ħażin; jew

6. Falliment jew nuqqas fil-mekkaniżmi kritiċi skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu li huma maħsuba biex jipproteġu liċ-ċentru tan-negozjar kontra r-riskji ta' negozjar algoritmiku.

Tfixkil fis-sistema

7. Kull ħsara jew waqfien tas-sistema għall-aċċess tas-suq li twassal biex il-parteċipanti jitilfu l-kapaċità tagħhom li jdaħħlu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-ordnijiet tagħhom;

8. Kull ħsara kbira jew waqfien tas-sistema ta' tqabbil tat-tranżazzjonijiet, li twassal biex il-parteċipanti jitilfu ċertezza dwar l-istatus ta' tranżazzjonijiet lesti jew ordnijiet f'ħin reali kif ukoll nuqqas ta' informazzjoni indispensabbli għan-negozjar (pereżempju t-tixrid tal-valur tal-indiċi għan-negozjar ta' ċerti derivattivi f'dak l-indiċi);

9. Kull ħsara jew waqfien tas-sistemi għad-disseminazzjoni ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar u dejta rilevanti oħra ppubblikata miċ-ċentri tan-negozjar skont l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014;

10. Kull ħsara jew waqfien tas-sistemi taċ-ċentru tan-negozjar li jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-attivitajiet ta' negozjar tal-parteċipanti tas-suq; u kull ħsara jew waqfien serju fl-isfera ta' fornituri ta' servizzi oħra relatati ma' xulxin, b'mod partikolari CCPs u CSDs, li għandhom riperkussjonijiet fuq is-sistema ta' negozjar.

TAQSIMA B

Sinjali li jistgħu jindikaw imġiba abbużiva skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014

Sinjali ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq potenzjali

1. Konċentrazzjoni ta' tranżazzjonijiet mhux tas-soltu u/jew ordnijiet għal negozjar fi strument finanzjarju partikolari ma' membru/parteċipant jew bejn ċerti membri/parteċipanti.

2. Repetizzjoni mhux tas-soltu ta' tranżazzjoni fost numru żgħir ta' membri/parteċipanti fuq ċertu perjodu ta' żmien.

Sinjali ta' abbuż potenzjali minn informazzjoni privileġġata

3. Negozju sinifikanti u mhux tas-soltu jew sottomissjoni ta' ordnijiet għan-negozjar fl-istrumenti finanzjarji ta' kumpanija minn ċerti membri/parteċipanti qabel it-tħabbir ta' avvenimenti korporattivi importanti jew ta' informazzjoni sensittiva dwar il-prezzijiet marbuta mal-kumpanija; ordnijiet biex isir negozju/tranżazzjonijiet li jirriżultaw f'bidliet mhux mistennija u mhux tas-soltu fil-volum ta' ordnijiet/tranżazzjonijiet u/jew prezzijiet qabel l-avviżi pubbliċi rigward l-istrument finanzjarju inkwistjoni.

4. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu tranżazzjonijiet minn membru/parteċipant tas-suq qabel jew immedjatament wara li dak il-membru/parteċipant jew persuni li pubblikament huma magħrufa li relatati ma' dak il-membru/parteċipant jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet tar-riċerka jew tal-investiment li jkunu disponibbli pubblikament.

Sinjali ta' manipulazzjoni potenzjali tas-suq

Is-sinjali deskritti hawn taħt fil-punti 18 sa 23 huma partikolarment rilevanti f'ambjent ta' negozjar awtomatizzat.

5. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet li jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti fiċ-ċentru tan-negozjar konċernat, b'mod partikolari meta dawn l-attivitajiet iwasslu għal bidla sinifikanti fil-prezz tal-istrument finanzjarju.

6. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet minn membru/parteċipant b'interess tax-xiri jew tal-bejgħ sinifikanti f'strument finanzjarju li wasslu għal bidliet sinifikanti fil-prezz tal-istrument finanzjarju f'ċentru tan-negozjar.

7. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet li huma kkonċentrati fi żmien qasir fis-sessjoni tan-negozjar u jwasslu għal tibdil fil-prezz li sussegwentement jitreġġa' lura.

8. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar li jbiddlu r-rappreżentazzjoni tal-aħjar offerta jew prezzijiet ta' offerta fi strument finanzjarju ammess għan-negozjar jew li ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar, jew b'mod iktar ġenerali r-rappreżentazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet disponibbli għall-parteċipanti tas-suq, li jiġu mneħħija qabel ma jitwettqu.

9. Operazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar mogħtija minn suq/parteċipant mingħajr ebda ġustifikazzjoni apparenti oħra għajr żieda/tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta', jew biex ikollhom impatt sinifikanti fuq il-provvista jew id-domanda għal strument finanzjarju, jiġifieri qrib il-punt ta' referenza matul il-ġurnata tan-negozjar, pereżempju fil-ftuħ jew qrib l-għeluq.

10. Ix-xiri jew il-bejgħ ta' strument finanzjarju fiż-żmien ta' referenza tas-sessjoni ta' negozjar (ftuħ, għeluq, saldu) fi sforz biex jiżdied, jonqos jew jinżamm il-prezz ta' referenza (pereżempju prezz tal-ftuħ, prezz tal-għeluq, prezz tas-saldu) f'livell speċifiku — (normalment magħruf li jindika t-tmiem).

11. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li jkollhom l-effett li, jew li x'aktarx għandhom l-effett li jgħollu/jbaxxu l-prezz medju peżat tal-ġurnata jew ta' perjodu matul is-sessjoni.

12. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett li, jew x'aktarx għandhom l-effett li jistabbilixxu prezz tas-suq meta l-likwidità tal-istrument finanzjarju jew il-fond tar-reġistru tal-ordnijiet ma jkunux biżżejjed biex jitranġa l-prezz f'dik is-sessjoni.

13. L-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni, il-bdil tal-prezzijiet għall-offertà meta dan it-tixrid hu fattur fid-determinazzjoni tal-prezz ta' tranżazzjoni oħra, irrispettivament jekk issirx fl-istess ċentru tan-negozjar jew le.

14. L-entrata ta' ordnijiet li jirrappreżentaw volumi sinifikanti fir-reġistru ċentrali tal-ordnijiet tas-sistema tan-negozjar ftit minuti qabel il-fażi tal-istabbiliment tal-prezzijiet tal-irkant u l-kanċellament ta' dawn l-ordnijiet ftit sekondi qabel ma jiġi ffriżat ir-reġistru tal-ordnijiet għall-komputazzjoni tal-prezz tal-irkant biex il-prezz teoretiku tal-ftuħ jkun jidher ogħla/aktar baxx milli kieku jidher.

15. It-twettiq ta' tranżazzjoni jew sensiela ta' tranżazzjonijiet li jintwerew f'faċilità għall-wiri pubbliku sabiex tingħata l-impressjoni ta' attività jew ta' varjazzjoni fil-prezz ta' strument finanzjarju (normalment magħrufa bħala “painting the tape”).

16. Tranżazzjonijiet li jitwettqu minħabba li jsiru ordnijiet ta' xiri u ta' bejgħ biex isir negozjar fl-istess ħin jew kważi, bil-kwantità simili ħafna u bi prezz simili, mill-istess membri/parteċipanti jew differenti iżda kollużivi (normalent magħrufa bħala ordnijiet mhux imqabbla sew).

17. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett li, jew x'aktarx ikollhom l-effett li jevitaw is-salvagwardji tan-negozju tas-suq (pereżempju limitazzjonijiet fil-volum; limiti tal-prezzijiet; parametri tal-firxa bejn it-talba u l-offerta; eċċ...).

18. Id-dħul ta' ordnijiet għan-negozjar jew serje ta' ordnijiet għan-negozjar, l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet jew serje ta' tranżazzjonijiet, li probabbli jibdew jew jaggravaw tendenza u li jwasslu lil parteċipanti oħra biex jaċċelleraw jew jestendu t-tendenza sabiex tinħoloq opportunità li tingħalaq/tinfetaħ pożizzjoni bi prezz favorevoli (normalment magħrufa bħala “momentum ignition”).

19. Id-dħul ta' diversi ordnijiet għan-negozjar jew ordnijiet għan-negozjar kbar spiss 'il bogħod mill-mess fuq naħa waħda tar-reġistru tal-ordnijiet biex jiġi eżegwit negozju fuq in-naħa l-oħra tar-reġistru tal-ordnijiet. Wara li jkun seħħ in-negozju, l-ordnijiet manipulattivi jitneħħew (normalment magħrufa bħala “layering” u “spoofing”).

20. Id-dħul ta' ordnijiet żgħar għan-negozjar biex jiġi aċċertat il-livell ta' ordnijiet moħbija u użati b'mod partikolari biex jiġi vvalutat x'qiegħed iserraħ fuq pjattaforma skura — normalment magħrufa bħala “ping order”;

21. L-entrata ta' numri kbar ta' ordnijiet għan-negozjar u/jew kanċellamenti u/jew aġġornamenti għall-ordnijiet għan-negozjar biex tinħoloq inċertezza għall-parteċipanti l-oħra, u jittawwal il-proċess tagħhom biex jgħattu l-istrateġija tagħhom (normalment magħruf bħala “quote stuffing”).

22. L-għoti ta' ordnijiet għan-negozju, biex jiġu attirati membri/parteċipanti fis-suq li jużaw tekniki ta' negozju tradizzjonali (“negozjanti kajmana”), li mbagħad jiġu riveduti malajr fuq termini anqas ġenerużi, bit-tama li jeżegwixxu bi profitt fil-konfront tal-fluss ta' dħul ta' ordnijiet għan-negozjar tan-“negozjanti kajmana” (normalment magħrufa bħala “smoking”).

23. L-eżekuzzjoni ta' ordnijiet għan-negozjar, jew serje ta' ordnijiet għan-negozjar, sabiex jinkixfu l-ordnijiet ta' parteċipanti oħra, biex imbagħad isir ordni għan-negozjar biex jittieħed vantaġġ mill-informazzjoni miksuba (normalment magħruf bħala “phishing”).

24. Sa fejn, fil-fehma tal-operatur ta' ċentru tan-negozjar, l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa juru evidenza ta' treġġigħ lura tal-pożizzjoni f'perjodu qasir u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta' kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti fiċ-ċentru tan-negozjar konċernat, u jistgħu jkunu assoċjati ma' tibdil sinifikanti fil-prezz ta' strument finanzjarju, ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentri tan-negozjar.

Il-preżenza ta' sinjali ta' manipulazzjoni tas-suq bejn prodotti differenti, inkluż f'ċentri tan-negozjar differenti

Is-sinjali deskritti hawn taħt għandhom jiġu partikolarment ikkunsidrati mill-operatur ta' ċentru tan-negozjar fejn kemm l-istrument finanzjarju u strumenti finanzjarji relatati huma ammessi għan-negozjar jew innegozjati jew fejn l-istrumenti msemmija hawn fuq jiġu nnegozjati f'diversi ċentri tan-negozjar imħaddma mill-istess operatur.

25. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett, jew huwa probabbli li jkollhom l-effett, li jgħollu/jbaxxu/jżommu l-istess prezz tal-istrument finanzjarju matul il-ġranet ta' qabel l-emissjoni, t-tifdija fakultattitva jew maturità ta' derivattiv jew konvertibbli relatat;

26. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li jkollhom l-effett li, jew li x'aktarx ikollhom l-effett li jżommu l-prezz tal-istrument finanzjarju taħt jew fuq il-prezz tal-eżerċitar, jew element ieħor użat għad-determinazzjoni tal-ħlas (pereżempju barriera), għal derivat relatat fid-data ta' skadenza;

27. Tranżazzjonijiet li għandhom l-effett li, jew aktarx li jkollhom l-effett li jimmodifikaw il-prezz tal-istrument finanzjarju sottostanti sabiex jaqbeż/ma jilħaqx il-prezz tal-eżerċitar, jew element ieħor użat għad-determinazzjoni tal-ħlas (pereżempju barriera), ta' derivat relatat fid-data ta' skadenza;

28. Tranżazzjonijiet li għandhom l-effett li, jew aktarx li jkollhom l-effett li jimmodifikaw il-prezz tas-saldu ta' strument finanzjarju meta dan il-prezz ikun użat bħala referenza/determinant, prinċipalment fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-marġini;

29. L-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn membru/parteċipant b'interess sinifikanti ta' xiri jew bejgħ fi strument finanzjarju li jwassal għal tibdil sinifikanti fil-prezz tad-derivattiv relatat jew assi sottostanti ammess għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar;

30. Negozjar jew ordnijiet għan-negozjar li jsiru f'ċentru tan-negozjar wieħed jew barra minn ċentru tan-negozjar (inkluż l-entrata ta' indikazzjonijiet ta' interess) bil-ħsieb li b'mod mhux xieraq jinfluwenza l-prezz ta' strument finanzjarju relatat fi Stat Membru ieħor jew fl-istess ċentru tan-negozjar jew barra minn ċentru tan-negozjar (normalment magħrufa bħala manipulazzjoni bejn prodotti differenti (negozjar fuq strument finanzjarju biex il-prezz ta' strument finanzjarju relatat jitpoġġa b'mod mhux xieraq fi Stat Membru ieħor jew fl-istess ċentru tan-negozjar jew barra ċ-ċentru tan-negozjar)).

31. Il-ħolqien jew it-tisħiħ ta' possibbiltajiet ta' arbitraġġ bejn strument finanzjarju u strument finanzjarju relatat billi jiġu influwenzati l-prezzijiet ta' referenza ta' wieħed mill-istrumenti finanzjarji, li jista' jsir permezz ta' strumenti finanzjarji differenti (bħal drittijiet/ishma, swieq tal-flus/swieq derivattivi, titoli u ishma,...). Fil-kuntest tal-ħruġ ta' drittijiet, dan jista' jinkiseb billi jiġi influwenzat il-prezz tal-ftuħ (teoretiku) jew l-għeluq (teoretiku) tad-drittijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.