|
+Artikolu 1 Suġġett |
Artikolu 1 SuġġettArtikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu rispettati mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà li jippermettulhom jagħmlu dan li ġej:
(a)
japplikaw il-proċedura ta' awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
(b)
jeżentaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur, soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi u limitati abbażi tal-livell tar-riskju, l-ammont u r-rikorrenza tat-tranżazzjoni tal-pagament u tal-mezz tal-pagament użat għall-eżekuzzjoni tiegħu;
(c)
jipproteġu l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-kredenzjali personalizzati ta' sigurtà tal-utent ta' servizzi ta' pagament;
(d)
jistabbilixxu standards miftuħin li jkunu komuni u sikuri għall-komunikazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont, il-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament, il-pagaturi, il-benefiċjarji u fornituri oħra ta' servizzi ta' pagament b'rabta mal-għoti u l-użu ta' servizzi ta' pagament fl-applikazzjoni tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2015/2366. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|