|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li l-awtentikazzjoni permezz tal-ġenerazzjoni ta' kodiċi tal-awtentifikazzjioni tinkludi kull waħda mill-miżuri li ġejjin:
(a)
meta l-awtentikazzjoni għal aċċess mill-bogħod, pagamenti elettroniċi mill-bogħod u kwalunkwe azzjoni oħra b'mezz mill-bogħod li jista' jimplika riskju ta' frodi ta' pagament jew abbużi oħrajn tkun falliet milli tiġġenera kodiċi tal-awtentikazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1, ma għandux ikun possibbli li jiġi identifikat liema wieħed mill-elementi msemmija f'dak il-paragrafu ma kienx korrett;
(b)
l-għadd ta' tentattivi falluti tal-awtentikazzjoni li jistgħu jsiru b'mod konsekuttiv, li warajhom l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 97(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għandhom jiġu mblukkati b'mod temporanju jew permanenti, ma għandux ikun iktar minn ħamsa f'perjodu ta' żmien partikolari;
(c)
is-sessjonijiet ta' komunikazzjoni huma protetti kontra l-ksib tad-data tal-awtentikazzjoni trażmessa matul l-awtentikazzjoni u kontra l-manipulazzjoni minn partijiet mhux awtorizzati skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu V;
(d)
it-tul massimu ta' żmien mingħajr attività mill-pagatur wara li jkun ġie awtentikat biex jaċċessa l-kont tal-pagament tiegħu onlajn ma għandux jaqbeż ħames minuti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|