|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Meta l-fornituri ta' servizzi ta' pagament japplikaw awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur skont l-Artikolu 97(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, flimkien mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jadottaw ukoll miżuri ta' sigurtà li jissodisfaw kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-pagatur isir jaf bl-ammont tat-tranżazzjoni tal-pagament u tal-benefiċjarju;
(b)
il-kodiċi tal-awtentikazzjoni ġġenerata tkun speċifika għall-ammont tat-tranżazzjoni ta' pagament u l-benefiċjarju miftiehem mill-pagatur meta jibda t-tranżazzjoni;
(c)
il-kodiċi tal-awtentikazzjoni aċċettat mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament jikkorrispondi għall-ammont speċifiku oriġinali tat-tranżazzjoni ta' pagament u għall-identità tal-benefiċjarju maqbul mill-pagatur;
(d)
kull bidla fl-ammont jew fil-benefiċjarju tirriżulta fl-invalidazzjoni tal-kodiċi tal-awtentikazzjoni ġġenerata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|