+L-Artikolu 10 a Aċċess għall-informazzjoni dwar il-kont ta’ pagament permezz ta’ fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
---+L-Artikolu 10 a 1.
---+L-Artikolu 10 a 2.
---+L-Artikolu 10 a 3.
---+L-Artikolu 10 a 4.

L-Artikolu 10 a Aċċess għall-informazzjoni dwar il-kont ta’ pagament permezz ta’ fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
L-Artikolu 10 a 1.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ma għandhomx japplikaw awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur meta utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun qed jaċċessa l-kont ta’ pagament tiegħu online permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, dment li dak l-aċċess ikun limitat għal wieħed mill-oġġetti li ġejjin online mingħajr ma tiġi żvelata data sensittiva dwar il-pagamenti:

(a) 

il-bilanċ ta’ kont ta’ pagament wieħed jew aktar magħżul/a;

(b) 

it-tranżazzjonijiet ta’ pagament eżegwiti fl-aħħar 90 jum permezz ta’ kont ta’ pagament wieħed jew aktar magħżul/a.

L-Artikolu 10 a 2.

Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom japplikaw awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun qiegħed jaċċessa l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 għall-ewwel darba online permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni;

(b) 

ikunu għaddew aktar minn 180 jum mill-aħħar darba li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun aċċessa l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni u tkun ġiet applikata l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.

L-Artikolu 10 a 3.
Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom jitħallew japplikaw awtentikazzjoni b’saħħitha tal-konsumatur meta utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun qed jaċċessa l-kont ta’ pagament tiegħu online permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikun oġġettivament iġġustifikat u debitament evidenzjat raġunijiet relatati ma’ aċċess mhux awtorizzat jew frodulenti għall-kont ta’ pagament. F’każ bħal dan, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jiddokumenta u jiġġustifika debitament lill-awtorità nazzjonali kompetenti tiegħu, fuq talba, ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur.
L-Artikolu 10 a 4.
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jamministraw il-kont li joffru interfaċċja ddedikata kif imsemmi fl-Artikolu 31 ma għandhomx ikunu obbligati jimplimentaw l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-fini tal-mekkaniżmu ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 33(4), meta ma japplikawx l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 10 fl-interfaċċja diretta użata għall-awtentikazzjoni u l-komunikazzjoni mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0389
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.