+Artikolu 19 Kalkolu tar-rati ta' frodi
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
|
Artikolu 19 Kalkolu tar-rati ta' frodi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Għal kull tip ta' tranżazzjoni msemmija fit-tabella stabbilita fl-Anness, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament għandu jiżgura li r-rati ġenerali tal-frodi li jkopru kemm it-tranżazzjonijiet ta' pagament awtentikati permezz tal-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur kif ukoll dawk eżegwiti skont kwalunkwe eżenzjoni msemmija fl-Artikoli 13 sa 18 ikunu ekwivalenti għar-rata tal-frodi ta' referenza għall-istess tip ta' tranżazzjoni ta' pagament indikata fit-tabella stabbilita fl-Anness jew inqas minnha. Ir-rata ġenerali tal-frodi għal kull tip ta' tranżazzjoni għandha tiġi kkalkulata bħala l-valur totali ta' tranżazzjonijiet mill-bogħod mhux awtorizzati jew frodulenti, kemm jekk il-fondi jkunu ġew irkuprati kif ukoll jekk le, diviża bil-valur totali tat-tranżazzjonijiet kollha mill-bogħod għall-istess tip ta' tranżazzjonijiet, kemm jekk ġew awtentikati bl-applikazzjoni tal-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur jew ġew eżegwiti skont xi eżenzjoni msemmija fl-Artikoli 13 sa 18 fuq bażi regolari ta' kull tliet xhur (90 jum).
|
|
Artikolu 19 2.
|
Il-kalkolu tar-rati tal-frodi u ċ-ċifri li jirriżultaw għandhom jiġu vvalutati mir-rieżami tal-awditu msemmi fl-Artikolu 3(2), li għandu jiżgura li dawn ikunu kompluti u preċiżi.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Il-metodoloġija u kwalunkwe mudell użati mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament biex jiġu kkalkulati r-rati tal-frodi, kif ukoll ir-rati tal-frodi nfushom, għandhom jiġu ddokumentati b'mod adegwat u għandhom isiru disponibbli kompletament għall-awtoritajiet kompetenti u l-EBA, b'notifika minn qabel lill-awtorità(awtoritajiet) rilevanti, fuq talba tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0389
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|