|
+Artikolu 21 1. |
Artikolu 21 1.Sabiex jużaw l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 18, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament għandhom jirreġistraw u jissorveljaw id-data li ġejja għal kull tip ta' tranżazzjoni ta' pagament, b'analiżi tat-tranżazzjonijiet ta' pagament mill-bogħod kif ukoll dawk mhux mill-bogħod, tal-inqas fuq bażi ta' kull tliet xhur:
(a)
il-valur totali ta' tranżazzjonijiet ta' pagament mhux awtorizzati jew frodulenti skont l-Artikolu 64(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet kollha ta' pagament u r-rata tal-frodi li tirriżulta, inkluż tqassim tat-tranżazzjonijiet ta' pagament mibdija permezz tal-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur u skont kull waħda mill-eżenzjonijiet;
(b)
il-valur medju tat-tranżazzjoni, inkluż tqassim ta' tranżazzjonijiet ta' pagament mibdija permezz ta' awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u skont kull waħda mill-eżenzjonijiet;
(c)
l-għadd ta' tranżazzjonijiet ta' pagament meta tkun ġiet applikata kull waħda mill-eżenzjonijiet u l-perċentwal tagħhom fir-rigward tal-għadd totali ta' tranżazzjonijiet ta' pagament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|