|
+Artikolu 24 2. |
Artikolu 24 2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li jiġi ssodisfat kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-assoċjazzjoni tal-identità tal-utent ta' servizzi ta' pagament mal-kredenzjali personalizzati ta' sigurtà, l-apparat u s-softwer tal-awtentikazzjoni titwettaq f'ambjenti sikuri taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur ta' servizzi ta' pagament li tinkludi tal-inqas il-bini tal-fornitur ta' servizzi ta' pagament, l-ambjent tal-Internet ipprovdut mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament jew siti web sikuri oħrajn simili użati mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament u s-servizzi tal-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus tiegħu u b'kunsiderazzjoni tar-riskji assoċjati mal-apparat u l-komponenti sottostanti użati matul il-proċess tal-assoċjazzjoni li mhumiex taħt r-responsabbiltà tal-fornitur ta' servizzi ta' pagament;
(b)
l-assoċjazzjoni permezz ta' mezz mill-bogħod tal-identità tal-utent ta' servizzi ta' pagament mal-kredenzjali personalizzati ta' sigurtà u mal-apparat jew is-softwer tal-awtentikazzjoni titwettaq bl-użu ta' awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|