Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, in-numru tar-reġistrazzjoni kif imsemmi fir-reġistri uffiċjali skont l-Anness III (c) jew l-Anness IV (c) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandu jkun in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' pagament li joħroġ strumenti ta' pagament b'kard, tal-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u tal-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament, inklużi l-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont li jipprovdu tali servizzi, disponibbli fir-reġistru pubbliku tal-Istati Membri tad-domiċilju skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew li jirriżulta min-notifiki ta' kull awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
) f'konformità mal-Artikolu 20 ta' dik id-Direttiva.