|
+Artikolu 5c 1. |
Artikolu 5c 1.Il-PSP tal-pagatur għandu joffri lill-pagatur servizz li jiżgura l-verifika tal-benefiċjarju li lilu l-pagatur biħsiebu jibgħat trasferiment ta’ kreditu (servizz li jiżgura l-verifika). Il-PSP tal-pagatur għandu jwettaq is-servizz filwaqt li jiżgura l-verifika immedjatament wara li l-pagatur jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar il-benefiċjarju u qabel ma l-pagatur jiġi offrut il-possibbiltà li jawtorizza dak it-trasferiment ta’ kreditu. Il-PSP tal-pagatur għandu joffri s-servizz li jiżgura l-verifika irrispettivament mill-mezz ta’ bidu ta’ pagament użat mill-pagatur biex jagħmel ordni ta’ pagament għat-trasferiment ta’ kreditu. Is-servizz li jiżgura l-verifika għandu jiġi pprovdut skont dan li ġej:
(a)
meta l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness u l-isem tal-benefiċjarju jkunu ddaħħlu fl-ordni ta’ pagament għat-trasferiment ta’ kreditu mill-pagatur, il-PSP tal-pagatur għandu jipprovdi servizz biex jitqabbel l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness mal-isem tal-benefiċjarju. Fuq talba tal-PSP tal-pagatur, il-PSP tal-benefiċjarju għandu jivverifika jekk l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness u l-isem tal-benefiċjarju pprovdut mill-pagatur jaqblux. Fejn ma jaqblux, il-PSP tal-pagatur għandu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-PSP tal-benefiċjarju, jinnotifika lill-pagatur b’dan u jinforma lill-pagatur li l-awtorizzazzjoni tat-trasferiment ta’ kreditu tista’ twassal għat-trasferiment tal-fondi f’kont ta’ pagament mhux miżmum mill-benefiċjarju indikat mill-pagatur. Meta l-isem tal-benefiċjarju pprovdut mill-pagatur u l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness kważi jaqblu, il-PSP tal-pagatur għandu jindika lill-pagatur l-isem tal-benefiċjarju assoċjat mal-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ipprovdut mill-pagatur;
(b)
meta l-benefiċjarju jkun persuna ġuridika u l-PSP tal-pagatur joffri mezz ta’ bidu ta’ pagament li jippermetti lill-pagatur jagħmel ordni ta’ pagament billi jipprovdi l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament flimkien ma’ elementi tad-data għajr l-isem tal-benefiċjarju li jidentifikaw mingħajr ambigwità lill-benefiċjarju, bħal numru fiskali, identifikatur uniku Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew LEI, u fejn dawk l-istess elementi tad-data jkunu disponibbli fis-sistema interna tal-PSP tal-benefiċjarju, dak il-PSP, fuq talba tal-PSP tal-pagatur, għandu jivverifika jekk l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u l-element tad-data pprovdut mill-pagatur jaqblux. Meta l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u l-element tad-data pprovdut mill-pagatur ma jaqblux, il-PSP tal-pagatur għandu, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-PSP tal-benefiċjarju, jinnotifika lil pagatur b’dan;
(c)
meta kont ta’ pagament identifikat permezz ta’ identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness ipprovdut mill-pagatur jinżamm minn PSP f’isem benefiċjarji multipli, informazzjoni addizzjonali li tippermetti li l-benefiċjarju jiġi identifikat mingħajr ambigwità tista’ tiġi pprovduta mill-pagatur lill-PSP tal-pagatur. Il-PSP li jżomm dak il-kont ta’ pagament f’isem benefiċjarji multipli jew, fejn xieraq, il-PSP li jkollu dak il-kont ta’ pagament, għandu, fuq talba tal-PSP tal-pagatur, jikkonferma jekk il-benefiċjarju indikat mill-pagatur huwiex fost il-benefiċjarji multipli li f’isimhom jinżamm il-kont ta’ pagament. Il-PSP tal-pagatur għandu jinnotifika lill-pagatur jekk il-benefiċjarju indikat mill-pagatur ma jkunx fost il-benefiċjarji multipli li f’isimhom jinżamm il-kont ta’ pagament;
(d)
f’każijiet għajr dawk deskritti fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu, u, b’mod partikolari, fejn PSP jipprovdi mezz ta’ bidu ta’ pagament li ma jirrikjedix li l-pagatur idaħħal kemm l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness kif ukoll l-isem tal-benefiċjarju, il-PSP għandu jiżgura li l-benefiċjarju li l-pagatur biħsiebu jibgħatlu trasferiment ta’ kreditu jiġi identifikat b’mod korrett. Għal dak il-għan, il-PSP għandu jinforma lill-pagatur b’mod li jippermetti lill-pagatur jivvalida l-benefiċjarju qabel ma jawtorizza t-trasferiment ta’ kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|