+Artikolu 8 Tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.

Artikolu 8 Tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ebda MIF għal kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett jew rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ma għandha tapplika għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett.
Artikolu 8 2.

Għat-tranżazzjonijiet-R tista’ tiġi applikata MIF sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-arranġament jimmira li l-ispejjeż jiġu allokati b’mod effiċjenti lill-PSP li, jew lill-PSU tiegħu, li jkun ikkawża t-tranżazzjoni-R, kif meħtieġ, filwaqt li titqies l-eżistenza tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni u jiżgura li min iħallas ma jkunx iċċarġjat awtomatikament, u il-PSP jiġi projbit milli jimponi tariffa fuq il-PSU rigward ċertu tip ta’ tranżazzjoni-R li jeċċedu l-ispiża li jkun għamel il-PSP għal tranżazzjonijiet bħal dawn;

(b) 

it-tariffi huma bbażati strettament fuq l-ispejjeż;

(c) 

il-livell tat-tariffi ma jaqbiżx l-ispejjeż attwali tat-trattament ta’ tranżazzjoni-R mill-PSP komparabbli l-iżjed effiċenti meta mqabbel mal-ispejjeż li jkun parti rappreżentattiva fl-arranġament f’termini ta’ volum ta’ tranżazzjonijiet u n-natura tas-servizzi;

(d) 

l-applikazzjoni tat-tariffi skont il-punti (a), (b) u (c) tipprevjeni lill-PSP milli jimponi tariffi addizzjonali relatati mal-ispejjeż koperti minn dawk it-tariffi tal-interkambju fuq il-PSUs rispettivi tagħhom;

(e) 

m’ hemm l-ebda alternattiva prattika u ekonomikament vijabbli għall-arranġament li tista’ twassal għal trattament ugwalment effikaċi jew aktar tat-tranżazzjonijiet-R bi spejjeż indaqs jew anqas għall-konsumaturi.

Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, kategoriji tal-ispejjeż li huma biss direttament u b’mod inekwivoku rilevanti għat-trattament tat-tranżazzjoni-R għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi tat-tranżazzjoni-R. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati b’mod preċiż. It-tqassim tal-ammont tal-ispejjeż, inkluża l-identifikazzjoni separata ta’ kull waħda mill-komponenti tiegħu, għandhom jiffurmaw parti mill-arranġament sabiex jippermettu verifika u sorveljanza faċli.

Artikolu 8 3.
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-arranġamenti unilaterali minn PSP u għall-arranġamenti bilaterali bejn il-PSPs li għandhom għan jew effett ekwivalenti għal dak ta’ arranġament multilaterali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.