+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5
|
Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1
|
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi tekniċi u tan-negozju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kards imwettqa fl-Unjoni, fejn kemm il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-benefiċjarju jinsabu hemmhekk.
|
|
Artikolu 1 2
|
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal servizzi bbażati fuq strumenti ta' pagament speċifiċi li jistgħu jintużaw biss b'mod limitat, li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
strumenti li jippermettu lid-detentur jakkwista prodotti u servizzi biss fil-bini tal-emittent jew fi ħdan netwerk limitat ta' fornituri tas-servizz skont ftehim kummerċjali dirett ma' emittent professjonali;
|
|
(b)
|
strumenti li jistgħu jintużaw biss biex jiġu akkwistati firxa limitata ħafna ta' prodotti u servizzi;
|
|
(c)
|
strumenti validi biss fi Stat Membru wieħed ipprovduti fuq it-talba ta' impriża jew entità tas-settur pubbliku u regolati minn awtorità pubblika nazzjonali jew reġjonali għal finijiet speċifiċi soċjali jew ta' taxxa biex jiġu akkwistati prodotti jew servizzi minn fornituri li jkollhom ftehim kummerċjali mal-emittent,
|
|
|
Artikolu 1 3
|
3. Il-Kapitolu II ma japplikax għal dawn li ġejjin:
|
(a)
|
transazzjonijiet b'kards kummerċjali;
|
|
(b)
|
ġbid ta' flus kontanti minn magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus jew mal-kaxxier tal-fornitur ta' servizz ta' pagament; u
|
|
(c)
|
transazzjonijiet b'kards ta' pagament maħruġa minn skemi ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet.
|
|
|
Artikolu 1 4
|
4. L-Artikolu 7 ma japplikax għal skemi ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet.
|
|
Artikolu 1 5
|
5. Meta skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet tilliċenzja fornituri oħrajn ta' servizzi ta' pagament għall-ħruġ ta' strumenti ta' pagament permezz ta' kards jew l-akkwist ta' transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kards, jew it-tnejn, jew toħroġ strumenti ta' pagament permezz ta' kards flimkien ma' sieħeb f'co-branding jew permezz ta' aġent, hija titqies bħala skema ta' pagament permezz ta' kard ta' erba' partijiet. Madankollu, sad-9 ta' Diċembru 2018 fir-rigward ta' transazzjonijiet ta' pagamenti domestiċi, tali skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet tista' tiġi eżentata mill-obbligi skont il-Kapitolu II, dment li t-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard magħmulin fi Stat Membru taħt tali skema ta' pagament permezz ta' kard ta' tliet partijiet ma jaqbżux, fuq bażi annwali, it-3 % tal-valur tat-transazzjonijiet kollha ta' pagament permezz ta' kard magħmula fl-istess Stat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0751
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|