1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-informazzjoni kuntrattwali, kummerċjali u ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom lill-konsumaturi, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jużaw, fejn applikabbli, it-termini standardizzati fil-lista finali msemmija fl-Artikolu 3(5). Fornituri tas-servizzi tal-ħlas jistgħu jużaw marki kummerċjali fid-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u fid-dikjarazzjoni tat-tariffi, dment li tali marki kummerċjali jintużaw b’mod addizzjonali għat-termini standardizzati fil-lista finali msemmija fl-Artikolu 3(5) bħala nomina sekondarja ta’ dawk is-servizzi.