4. Mingħajr preġudizzju għad-dritt imsemmi fl-Artikolu 16(2) u l-obbligu li fih il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu biex jimplimentaw l-iskemi varji ta’ pprezzar skont il-livell tal-inklużjoni bankarja tal-konsumatur, li jippermetti b’mod partikolari, kondizzjonijiet vantaġġużi għal konsumaturi vulnerabbli li ma jużaw ebda bank. F’tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jiġi pprovduti l-gwida, kif ukoll l-informazzjoni adegwata dwar l-għażliet disponibbli.