1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti nazzjonalili jkollhom is-setgħa jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li jingħatawlhom setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar u riżorsi adegwati neċessarji għat-twettiq effiċjenti u effettiv ta’ dmirijiethom.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jew awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi espressament mogħtija s-setgħa għal dak il-għan bil-liġi nazzjonali. Dawn ma għandhomx ikunu fornituri tas-servizzi tal-ħlas, ħlief il-banek ċentrali nazzjonali.