|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:
(a)
Kuntratti ta’ kreditu ta’ rilaxx ta’ kapital fejn il-kreditur:
(i)
jikkontribwixxi somma f’daqqa, pagamenti perjodiċi jew forom oħra ta’ żborż ta’ kreditu bi skambju għal somma derivata mill-bejgħ futur ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew dritt marbut ma’ proprjetà immobbli residenzjali; u
(ii)
ma jippretendix il-ħlas lura tal-kreditu sakemm iseħħ avveniment speċifiku jew aktar rigward il-ħajja tal-konsumatur, kif iddefinit mill-Istati Membri (rilaxx ta’ kapital), ħlief jekk konsumatur jikser l-obbligi kuntrattwali li jippermettu lill-kreditur itemm il-kuntratt ta’ kreditu;
(b)
kuntratti ta’ kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja fejn dan il-kuntratt ta’ kreditu jingħata mingħajr imgħax jew b’RPAI aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq u li mhumiex offruti lill-pubbliku ġenerali;
(c)
kuntratti ta’ kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u mingħajr xi imposti oħrajn ħlief dawk li jkopru l-ispejjeż relatati direttament mal-otteniment tal-kreditu.
(d)
kuntratti ta’ kreditu fil-forma ta’ faċilità ipotekarja u fejn il-kreditu jrid jitħallas lura fi żmien xahar;
(e)
kuntratti ta’ kreditu li huma r-riżultat ta’ ftehim milħuq quddiem il-qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra;
(f)
kuntratti ta’ kreditu relatati mal-pagament differit, mingħajr ħlas, ta’ dejn eżistenti u li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|