|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni ġenerali ċara u li tinftiehem dwar kuntratti ta’ kreditu tiġi pprovduta mill-kredituri jew, fejn applikabbli, minn intermedjarji tal-kreditu marbuta jew ir-rappreżentanti maħturin tagħhom il-ħin kollu bil-miktub jew f’mezz dejjiemi ieħor jew f’forma elettronika. Minbarra dan l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li informazzjoni ġenerali għandha tiġi pprovduta minn intermedjarji tal-kreditu mhux vinkolat. Din l-informazzjoni ġenerali għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-emittent tal-informazzjoni;
(b)
l-iskopijiet li għalihom il-kreditu jista’ jintuża;
(c)
il-forom ta’ garanzija, inkluża fejn applikabbli, il-possibilità li tkun tinsab fi Stat Membru differenti;
(d)
it-tul ta’ żmien possibbli tal-kuntratti ta’ kreditu;
(e)
tipi ta’ rata tal-imgħax tas-self disponibbli, b’indikazzjoni jekk tkunx fissa jew varajabbli jew it-tnejn, b’deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi ta’ rata fissa u varjabbli, inkluż implikazzjonijiet relatati għall-konsumatur;
(ea)
meta kuntratti jirreferenzjaw parametru referenzjarju kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) huma disponibbli, l-ismijiet tal-parametri referenzjarji u tal-amministraturi tagħhom u l-implikazzjonijiet potenzjali fuq il-konsumatur;
(f)
fejn ikunu disponibbli self f’munità barranija, indikazzjoni tal-munita jew muniti barranija, inkluża spjegazzjoni tal-implikazzjonijiet għall-konsumatur fejn il-kreditu jkun denominat f’munita barranija;
(g)
eżempju rappreżentattiv tal-ammont totali ta’ kreditu, l-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u r-RPAI;
(h)
indikazzjoni ta’ aktar spejjeż possibbli, mhux inklużi fl-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, li għandhom jitħallsu b’rabta ma’ kuntratt ta’ kreditu;
(i)
il-firxa ta’ għażliet differenti disponibbli għar-rimborż tal-kreditu lill-kreditur, inklużi l-għadd, il-frekwenza u l-ammont ta’ pagamenti ta’ ħlas lura regolari;
(j)
fejn applikabbli, stqarrija ċara u konċiża li l-osservanza mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt ta’ kreditu ma jagħtux garanzija ta’ ħlas lura tal-ammont totali ta’ kreditu fil-kuntratt ta’ kreditu;
(k)
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet direttament marbuta mall-ħlas lura antiċipat;
(l)
jekk evalwazzjoni tal-proprjetà hijiex meħtieġa u, fejn applikabbli, min huwa responsabbli milli jiżgura li l-evalwazzjoni titwettaq, u jekk tinħoloqx kwalunkwe spiża relatata oħra għall-konsumatur;
(m)
indikazzjoni tas-servizzi anċillari li l-konsumatur huwa obbligat li jixtri biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb bit-termini u l-kundizzjonijiet irreklamati, u, fejn applikabbli, kjarifika li s-servizzi anċillari jistgħu jinxtraw minn fornitur li mhuwiex il-kreditur; u
(n)
twissija ġenerali dwar konsegwenzji possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbutin mal-kuntratt ta’ kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|