+Artikolu 20 Żvelar u verifika tal-informazzjoni dwar il-konsumatur
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.

Artikolu 20 Żvelar u verifika tal-informazzjoni dwar il-konsumatur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja msemmija fl-Artikolu 18 għandha ssir abbażi ta’ informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż tal-konsumatur u ċirkostanzi finanzjarji u ekonomiċi oħra li hija meħtieġa, suffiċjenti u proporzjonata. L-informazzjoni għandha tinkiseb mill-kreditur minn sorsi rilevanti interni u esterni, fosthom il-konsumatur, u inkluża informazzjoni mogħtija lill-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentat maħtur matul il-proċess tal-applikazzjoni tal-kreditu. L-informazzjoni għandha tiġi verifikata kif xieraq, fost l-oħrajn permezz ta’ referenza għal dokumentazzjoni verifikabbli independentement meta meħtieġ.
Artikolu 20 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jippreżentaw b’mod preċiż l-informazzjoni neċessarja miksuba mill-konsumatur lill-kreditur rilevanti sabiex il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tkun tista’ titwettaq.
Artikolu 20 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jispeċifikaw b’mod ċar u dirett fil-fażi prekuntrattwali l-informazzjoni meħtieġa u evidenza indipendentement verifikabbli li l-konsumatur jeħtieġlu jipprovdi u ż-żmien li fih il-konsumatur jeħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni. Din it-talba għall-informazzjoni għandha tkun proporzjonata u limitata għal dak li huwa neċessarju għat-twettiq ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tajba. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-kredituri jfittxu kjarifika tal-informazzjoni rċevuta bi tweġiba għal dik it-talba fejn meħtieġ biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja.

L-Istati Membri m’għandhomx iħallu kreditur jittermina l-kuntratt ta’ kreditu għar-raġuni li l-informazzjoni mogħtija mill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu ma kinitx kompluta.

It-tieni subparagrafu m’għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jippermetti li jiġi terminat kuntratt ta’ kreditu mill-kreditur fejn jintwera li l-konsumatur konxjament żamm jew iffalsifika l-informazzjoni.

Artikolu 20 4.
L-Istati Membri għandu jkollhom miżuri fis-seħħ biex jiżguraw li l-konsumaturi huma konxji mill-ħtieġa li tingħata informazzjoni korretta bi tweġiba għat-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u li tali informazzjoni tkun kompluta kemm meħtieġ biex issir valutazzjoni xierqa tal-affidabbiltà kreditizja. Il-kreditut, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur għandu jwissi lill-konsumatur li fejn il-kreditur ma jkunx jista’ jwettaq valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għax il-konsumatur jagħżel li ma jagħtix l-informazzjoni jew il-verifika meħtieġa għal valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja l-kreditu ma jistax jingħata. Dik it-twissija tista’ tingħata f’format standardizzat.
Artikolu 20 5.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.