+ANNESS II

ANNESS II




ANNESS II

FULJETT EWROPEW TA’ INFORMAZZJONI STANDARDIZZATA (FEIS)

PARTI A

It-test f’dan il-mudell għandu jkun riprodott kif inhu fil-FEIS. Indikazzjonijiet bejn il-parenteżi kwadri għandhom jiġu ssostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti. Fil-Part B hemm l-istruzzjonijiet għall-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu, dwar kif għandha timtela l-FEIS.

Kull fejn hemm indikat il-kliem ‘fejn applikabbli’, il-kreditur għandu jagħti l-informazzjoni rikjesta jekk din tkun rilevanti għall-kuntratt ta’ kreditu. Fejn l-informazzjoni ma tkunx rilevanti, il-kreditur għandu jħassar l-informazzjoni kkonċernata jew it-taqsima kollha (pereżempju, f’każijiet fejn it-taqsima ma tkunx applikabbli). Fejn it-taqsima kollha titħassar, in-numerazzjoni tat-taqsimiet tal-FEIS għandha tiġu aġġustata kif xieraq.

L-informazzjoni ta’ hawn taħt għandha tingħata f’dokument wieħed. It-tipa użata għandha tkun faċilment leġibbli. Għandha tintuża tipa grassa, bl-isfumatura jew tipa ta’ daqs akbar għall-elementi tal-informazzjoni li għandhom ikunu enfasizzati. It-twissijiet ta’ riskju applikabbli kollha għandhom jiġu enfasizzati.

Mudell tal-FEIS

(Test introduttorju)

Dan id-dokument sar għal [isem tal-konsumatur] fi [data attwali].

Dan id-dokument sar abbażi tal-informazzjoni mogħtija minnek sa issa u abbażi il-kundizzjonijiet attwali tas-swieq finanzjarji.

L-informazzjoni hawn taħt tibqa’ valida sa [data ta’ validità], (meta applikabbli) apparti mir-rata tal-imgħax u spejjeż oħra. Wara dik id-data, tista’ tinbidel f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq.

(Fejn applikabbli) Dan id-dokument ma jikkostitwix obbligu għal [isem tal-kreditur] biex jagħtik self.

1.   Mutwanti

[Isem]

[Numru tat-telefon]

[Indirizz ġeografiku]

(Fakultattiv) [Indirizz elettroniku]

(Fakultattiv) [Numru tal-fax]

(Fakultattiv) [Indirizz web]

(Fakultattiv) [Punt/persuna ta’ kuntatt]

(Meta applikabbli informazzjoni dwar jekk humiex qed jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza:) [(Nirrakkomandaw, wara li vvalutajna l-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tiegħek, li inti tieħu dan il-kreditu/Aħna mhux qed nirrakkomandaw kreditu partikolari għalik. Madankollu, abbażi tat-tweġibiet tiegħek għal xi mistoqsijiet, qed nagħtuk informazzjoni dwar dan il-kreditu sabiex tkun tista’ tagħmel l-għażla tiegħek stess)]

2.   (Fejn applikabbli) Intermedjarju tal-kreditu

[Isem]

[Numru tat-telefon]

[Indirizz ġeografiku]

(Fakultattiv) [Indirizz elettroniku]

(Fakultattiv) [Numru tal-fax]

(Fakultattiv) [Indirizz web]

(Fakultattiv) [Punt/persuna ta’ kuntatt]

(Fejn applikabbli [informazzjoni dwar jekk humiex qed jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza (Nirrakkomandaw, wara li vvalutajna l-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tiegħek, li inti tieħu dan il-kreditu/Aħna mhux qed nirrakkomandaw kreditu partikolari għalik. Madankollu, abbażi tat-tweġibiet tiegħek għal xi mistoqsijiet, qed nagħtuk informazzjoni dwar dan il-kreditu sabiex tkun tista’ tagħmel l-għażla tiegħek stess)]

[Rimunerazzjoni]

3.   Karatteristiċi prinċipali tas-self

Ammont u l-munita tas-self li ser jingħata: [valur][munita]

(Fejn applikabbli) Dan is-self mhuwiex fi [munita nazzjonali tal-mutwatarju]

(Fejn applikabbli) Il-valur tas-self tiegħek fi [munita nazzjonali tal-mutwatarju] tista’ tinbidel.

(Fejn applikabbli) Pereżempju, jekk il-valur ta’ [munita nazzjonali tal-mutwatarju] waqa’ b’20 % fil-konfront ta’ [munita tal-kreditu], il-valur tas-self tiegħek jiżdied għal [daħħal l-ammont fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju]. Madankollu, jista’ jkun iktar minn dan jekk il-valur ta’ [munita nazzjonali tal-mutwatarju] jaqa’ b’iktar minn 20 %.

(Fejn applikabbli) Il-valur massimu tas-self ser ikun [daħħal l-ammont fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju].] (Fejn applikabbli) Tirċievi twissija jekk l-ammont ta’ kreditu jilħaq [daħħal ammont fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju. (Fejn applikabbli) Għandek l-opportunità li [daħħal id-dritt li tinnegozja mill-ġdid self f’munita barranija jew id-dritt li tbiddel is-self fi [munita rilevanti] u kundizzjonijiet].

It-tul ta’ żmien tas-self: [tul ta’ żmien]

[Tip ta’ self]

[Tip ta’ rata tal-imgħax applikabbli]

Ammont totali li għandu jiġi rimborżat:

Dan ifisser li inti ser tħallas lura [ammont] għal kull [unità tal-munita] mislufa

(Fejn applikabbli) [Dan/Parti minnu] huwa self abbażi tal-imgħax biss. Inti xorta jkun baqagħlek tħallas [daħħal l-ammont tas-self abbażi tal-imgħax biss] fl-aħħar tat-terminu tal-kreditu.

(Fejn applikabbli) Valur preżunt tal-proprjetà biex iħejji dan il-fuljett ta’ informazzjoni: [daħħal l-ammont]

(Fejn applikabbli) Ammont massimu ta’ self disponibbli b’rabta mal-valur tal-proprjetà [daħħal proporzjon] jew Valur minimu tal-proprjetà rikjest biex jiġi missellef l-ammont illustrat [daħħal ammont]

(Fejn applikabbli) [Garanzija]

4.   Rata tal-imgħax u spejjeż oħra

Ir-rata perċentwali annwali tal-imposti (RPAI) hija l-kost totali tas-self indikat bħala perċentwali annwali. L-RPAI qed tingħata biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

Ir-RPAI applikabbli għas-self tiegħek hija [RPAI].

Hija magħmula minn:

Rata tal-imgħax [valur f’perċentwali jew, fejn applikabbli, indikazzjoni ta’ rata ta’ referenza u l-valur perċentwali tal-firxa tal-keditur]

[Komponenti oħrajn tar-RPAI]

Spejjeż li jridu jitħallsu għal darba biss

(Fejn applikabbli) Jeħtieġ li tħallas tariffa biex tirreġistra l-ipoteka. [Daħħal ammont tat-tariffa meta jkun magħruf jew bażi għal kalkolu.]

Spejjeż li jitħallsu regolarment

(Fejn applikabbli) Din ir-RPAI hija kkalkulata bl-użu ta’ suppożizzjonijiet rigward ir-rata tal-imgħax.

(Fejn applikabbli) Minħabba li [parti mis-] self tiegħek huwa self b’rata tal-imgħax varjabbli, ir-RPAI tista’ tkun differenti minn din ir-RPAI jekk tinbidel ir-rata tal-imgħax tas-self tiegħek. Pereżempju, jekk ir-rata tal-imgħax żdiedet għal [sitwazzjoni kif deskritta fil-Parti B], ir-RPAI tista’ tiżdied għal [daħħal RPAI illustrattiva li tikkorrispondi mas-sitwazzjoni],

(Fejn applikabbli) Jekk jogħġbok innota li din ir-RPAI hija kkalkulata fuq il-bażi li r-rata tal-imgħax tibqa’ fil-livell iffissat għall-perijodu inizjali matul id-durata tal-kuntratt.

(Fejn applikabbli) L-ispejjeż li ġejjin mhumiex magħrufin lill-mutwanti u għaldaqstant mhumiex inklużi fir-RPAI. [Spejjeż]

(Fejn applikabbli) Jeħtieġ li tħallas tariffa biex tirreġistra l-ipoteka.

Jekk jogħġbok kun ċert li tkun konxju mit-taxxi u l-ispejjeż l-oħrajn kollha assoċjati mas-self tiegħek.

5.   Frekwenza u numru ta’ pagamenti

Frekwenza tal-ħlas lura: [frekwenza]

Numru ta’ pagamenti: [numru]

6.   Ammont ta’ kull pagament akkont

[Ammont][munita]

Id-dħul tiegħek jista’ jinbidel. Jekk jogħġbok ikkunsidra jekk tkunx tista’ taffordja l-ħlas lura akkont [frekwenza] fil-każ li d-dħul tiegħek jonqos.

(Fejn applikabbli) Minħabba li [dan/parti minn dan] huwa self abbażi tal-imgħax biss jeħtieġlek tagħmel arranġamenti separati biex terġa’ tħallas lura [daħħal ammont tas-self abbażi ta’ imgħax biss] li jkollok tagħti fl-aħħar tal-perijodu tas-self. Ftakar biex iżżid kwalunkwe pagament ieħor li jkollok tagħmel għall-ammont ta’ pagament akkont li jidher hawn.

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-imgħax fuq [parti minnu] dan is-self tista’ tinbidel. Dan ifisser li l-ammont tal-pagamenti akkont tiegħek jistgħu jiżdiedu jew jonqsu. Pereżempju, jekk ir-rata tal-imgħax żdiedet għal [sitwazzjoni kif deskritta fil-Parti B], il-pagamenti tiegħek jistgħu jiżdiedu għal [daħħal l-ammont tal-pagament akkont li jikkorrispondi mas-sitwazzjoni].

(Fejn applikabbli) Il-valur tal-ammont li għandek tħallas f’[munita nazzjonali tal-mutwatarju] kull [frekwenza tal-pagament akkont] tista’ tinbidel. (Fejn applikabbli) Il-pagamenti tiegħek jistgħu jiżdiedu għal [daħħal ammont massimu fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju] kull [daħħal perijodu] (Fejn applikabbli). Pereżempju, jekk il-valur ta’ [munita nazzjonali tal-mutwatarju] waqa’ b’20 % marbut ma’ [munita tal-kreditu] ikollok tħallas [daħħal ammont f’munita nazzjonali tal-mutwatarju] żejda kull [daħħal perijodu]. Il-pagamenti tiegħek jistgħu jiżdiedu b’aktar minn hekk.

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-kambju użata għall-konversjoni tal-ħlas lura tiegħek fi [munita tal-kreditu] għal [munita nazzjonali tal-mutwatarju] ser tkun ir-rata ppubblikata minn [isem tal-istituzzjoni li tippubblika r-rata tal-kambju] fi [data] jew ser tiġi kkalkulata fi [data] bl-użu ta’ [daħħal isem tal-punt ta’ riferiment jew il-metodu ta’ kalkolu].

(Fejn applikabbli) [Dettalji dwar prodotti tat-tfaddil marbuta, self b’imgħax differit]

7.   (Fejn applikabbli) Tabella bl-eżempji tal-ħlas lura

Din it-tabella turi l-ammont li għandu jitħallas kull [frekwenza].

Il-pagamenti akkont (kolonna [nru rilevanti]) huma s-somma tal-imgħax li għandu jitħallas (kolonna [nru rilevanti]), fejn applikabbli, il-kapital imħallas (kolonna [nru rilevanti]) u fejn applikabbli spejjeż oħra (kolonna [nru rilevanti]). (Fejn applikabbli) L-ispejjeż fil-kolonna ta’ spejjeż oħrajn jirreferu għal [lista ta’ spejjeż]. Kapital dovut (kolonna [nru rilevanti]) huwa l-ammont tas-self li għad jrid jiġi rimborżat wara kull pagament akkont.

[Tabella]

8.   Obbligi addizzjonali

Il-mutwatarju għandu jikkonforma mal-obbligi li ġejjin sabiex ikun jista’ jibbenefika mill-kundizzjonijiet tas-self deskritti f’dan id-dokument.

[Obbligi]

(Fejn applikabbli) Jekk jogħġbok innota li l-kundizzjonijiet tas-self deskritti f’dan id-dokument (inkluża r-rata tal-imgħax) jistgħu jinbidlu jekk dawn l-obbligi ma jiġux rispettati.

(Fejn applikabbli) Jekk jogħġbok innota l-konsegwenzi possibbli tat-terminazzjoni fi stadju aktar tard ta’ kwalunkwe servizz anċillari relatat mas-self:

[Konsegwenzi]

9.   Ħlas lura antiċipat

Għandek il-possibbiltà li tħallas lura dan is-self, kollu jew parzjalment, b’mod antiċipat

(Fejn applikabbli) [Kundizzjonijiet]

(Fejn applikabbli) Imposta f’każ ta’ terminazzjoni: [daħħal ammont jew, fejn mhux possibbli, il-metodu tal-kalkolu]

(Fejn applikabbli) Jekk tiddeċiedi li tħallas lura dan is-self b’mod antiċipat, jekk jogħġbok ikkuntattjana biex taċċerta l-livell eżatt tal-imposta f’każ ta’ terminazzjoni f’dak il-mument.

10.   Karatteristiċi flessibbli

(Fejn applikabbli) [Informazzjoni dwar portabbiltà/surroga] Inti għandek il-possibbiltà li tittrasferixxi dan is-self lil [mutwanti] [jew] [proprjetà] oħra. [Daħħal il-kundizzjonijiet]

(Fejn applikabbli) Inti m’għandekx il-possibbiltà li tittrasferixxi dan is-self lil [muwanti] [jew] [proprjetà] oħra.

(Fejn applikabbli) Karatteristiċi addizzjonali: [daħal spjegazzjoni tal-karatteristiċi addizzjonali elenkati fil-Parti B, u, jekk tixtieq, kwalunkwe karatteristika oħra offruta mill-mutwanti bħala parti mill-kuntratt tal-kreditu li mhijiex imsemmija fit-taqsimiet preċedenti].

11.   Drittijiet oħrajn tal-mutwatarju

(Fejn applikabbli) Għandek [tul ta’ perijodu ta’ riflessjoni] wara [punt fejn jibda l-perijodu ta’ riflessjoni] biex tirrifletti qabel ma tikkommetti ruħek biex tissellef. (Fejn applikabbli) Ladarba tkun irċevejt il-kuntratt ta’ kreditu mingħand il-mutwanti, tista’ ma taċċettahx qabel it-tmiem ta’ [tul tal-perijodu ta’ riflessjoni].

(Fejn applikabbli) Għal perijodu ta’ [tul tal-perijodu tar-rexissjoni] wara [meta jibda l-perijodu tar-rexissjoni], tista’ teżerċita d-dritt tiegħek li tħassar il-kuntratt. [Kundizzjonijiet][Daħħal il-proċedura]

(Fejn applikabbli) Tista’ titlef id-dritt tiegħek li tikkanċella l-kuntratt jekk, matul dak il-perijodu, tixtri jew tbigħ proprjetà marbuta ma’ dan il-kuntratt ta’ kreditu.

(Fejn applikabbli) Jekk tiddeċiedi li teżerċita id-dritt tiegħek ta’ rexissjoni [mill-kuntratt tal-kreditu], jekk jogħġbok ivverifika jekk ser tibqax vinkolat bl-obbligi l-oħrajn tiegħek relatati mas-self [inkluż is-servizzi anċillari relatati mas-self, [imsemmijin fit-Taqsima 8].

12.   Ilmenti

Jekk għandek ilment jekk jogħġbok ikkuntattja [daħħal punt ta’ kuntatt intern u sors ta’ informazzjoni dwar il-proċedura].

(Fejn applikabbli) Żmien massimu li fih għandu jiġi ttrattat l-ilment [perijodu ta’ żmien]

(Fejn applikabbli) [Jekk ma nsibux soluzzjoni interna li tissodisfak għal dan l-ilment,] inti tista’ tikkuntattja wkoll: [daħħal isem ta’ korp estern għal ilmenti u rimedji extraġudizzjarji] (Fejn applikabbli) jew tista’ tikkuntattja FIN-NET għad-dettalji tal-korp ekwivalenti f’pajjiżek.

13.   Nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbutin mas-self: konsegwenzi għall-mutwatarju

[Tipi ta’ nuqqas ta’ konformità]

[Konsegwenzi finanzjarji u/jew legali]

Jekk tiltaqa’ ma’ xi diffikultà biex tagħmel il-pagamenti tiegħek [frekwenza], jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih biex nesploraw soluzzjonijiet possibbli.

(Fejn applikabbli) Bħala soluzzjoni estrema, id-dar tiegħek tista’ tiġi maqbuda jekk ma tlaħħaqx mal-pagamenti.

(Fejn applikabbli) 14.   Informazzjoni addizzjonali

(Fejn applikabbli) [Indikazzjoni tal-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ kreditu].

(Fejn il-mutwanti għandu l-intenzjoni li juża lingwa differenti mil-lingwa tal-FEIS) Informazzjoni u termini kuntrattwali ser jingħataw bi [lingwa]. Bil-kunsens tiegħek, beħsiebna nikkomunikaw bi [lingwa/i] matul id-durata kollha tal-kuntratt ta’ kreditu.

[Daħħal dikjarazzjoni dwar id-dritt li għandu jiġi pprovdut ma’ jew offrut, kif applikabbli, abbozz ta’ kuntratt ta’ kreditu]

15.   Superviżur

Il-mutwanti huwa ssorveljat minn [Isem/ismijiet u indirizz(i) web tal-awtorità/awtoritajiet superviżorja/i]

(Fejn applikabbli) L-intermedjarju tal-kreditu huwa ssorveljat minn [Isem u indirizz web tal-awtorità superviżorja].

PARTI B

Istruzzjonijiet għall-mili tal-FEIS

Meta jimtela l-FEIS, għandhom jiġi segwiti mill-inqas dawn l-istruzzjonijiet. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jelaboraw jew jispeċifikaw aktar l-istruzzjonijiet għall-mili tal-FEIS.

Taqsima ‘Test introduttorju’

(1) Id-data tal-validità għandha tiġi enfasizzata sew. Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, id-‘data tal-validità’ tfisser il-perijodu ta’ żmien li matulu l-informazzjoni, eż, ir-rata tal-imgħax tas-self, li tinsab fl-FEIS ma tinbidilx u li tapplika kemm-il darba l-kreditur jiddeċiedi li jagħti l-kreditu matul dan il-perijodu ta’ żmien. Fejn id-determinazzjoni tar-rata tal-imgħax tas-self applikabbli u spejjeż oħrajn tiddependi mir-riżultati tal-bejgħ tal-bonds sottostanti, ir-rata ta’ self u spejjeż oħrajn eventwali jistgħu jkunu differenti minn dawk indikati. F’dawk iċ-ċirkustanzi biss, għandu jkun stipulat li d-data ta’ validità ma tapplikax għar-rata ta’ self u spejjeż oħrajn billi jiżdiedu l-kliem: “apparti mir-rata tal-imgħax u spejjeż oħrajn”.

Taqsima ‘1.   Mutwanti’

(1) L-isem, in-numru tat-telefon, u l-indirizz ġeografiku tal-kreditur għandhom jirreferu għall-informazzjoni dwar il-kuntatt li l-konsumatur jista’ juża għal korrispondenza futura.

(2) L-infomazzjoni dwar l-indirizz elettroniku, in-numru tal-fax u l-persuna/punt tal-kuntatt hija fakultattiva.

(3) F’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-transizzjoni tiġi offruta b’distanza, il-kreditur għandu jindika, fejn applikabbli, l-isem u l-indirizz ġeografiku tar-repreżentant tiegħu fl-Istat Membru ta’ residenza tal-konsumatur. L-indikazzjoni tan-numru tat-telefon, l-indirizz elettroniku u l-indirizz web tar-repreżentant tal-fornitur tal-kreditu hija fakultattiva.

(4) Fejn Taqsima 2 mhix applikabbli, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur jekk humiex qed jiġu pprovduti s-servizzi ta’ konsulenza u fuq liema bażi bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

(Fejn applikabbli) Taqsima ‘2.   Intermedjarju tal-kreditu’

Meta l-informazzjoni dwar il-prodott qed tiġi pprovduta lill-konsumatur minn intermedjarju tal-kreditu, dak l-intermedjarju għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

L-isem, in-numru tat-telefon, u l-indirizz ġeografiku tal-intermedjarju tal-kreditu għandhom jirreferu għall-informazzjoni dwar il-kuntatt li l-konsumatur jista’ juża għal korrispondenza futura.

(2) 

L-informazzjoni dwar l-indirizz elettroniku, in-numru tal-fax, l-indirizz web u l-persuna/punt tal-kuntatt hija fakultattiva.

(3) 

L-intermedjarju tal-kreditu għandu jinforma lill-konsumatur jekk humiex qed jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza u fuq liema bażi bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

(4) 

Spjegazzjoni dwar kif qed jiġi rimunerat l-intermedjarju tal-kreditu. Meta jkun qed jirċievi kummissjoni minn kreditur, l-ammont u, fejn ikun differenti mill-isem fit-Taqsima 1, għandu jiġi pprovdut l-isem tal-kreditur.

Taqsima ‘3.   Karatteristiċi ewlenin tas-self’

(1) Din it-taqsima għandha tispjega b’mod ċar il-karatteristiċi ewlenin tal-kreditu, inkluż il-valur u l-munita u r-riskji potenzjali assoċjati mar-rata tal-imgħax tas-self, inklużi dawk imsemmija fil-punt (8), u l-istruttura ta’ amortizzament.

(2) Meta l-munita tal-kreditu hija differenti mill-munita nazzjonali tal-konsumatur, il-kreditur għandu jindika li l-konsumatur ser jirċievi twissija regolari tal-inqas kull meta r-rata tal-kambju tvarja b’aktar minn 20 %, fejn applikabbli d-dritt tal-konverżjoni tal-munita tal-kuntratt ta’ kreditu jew il-possibbiltà li jiġu nnegozjati mill-ġdid il-kundizzjonijiet u kwalunkwe arranġament ieħor disponibbli għall-konsumatur biex jiġi limitat l-esponiment tagħhom għar-riskju tar-rata tal-kambju. Fejn hemm dispożizzjoni fil-kuntratt ta’ kreditu li jiġi limitat ir-riskju tar-rata tal-kambju, il-kreditur għandu jindika l-ammont massimu li l-konsumatur jista’ jkollu biex iħallas lura. Fejn ma hemmx dispożizzjoni fil-kuntratt ta’ kreditu li jiġi limitat ir-riskju tar-rata tal-kambju li għalih huwa espost il-konsumatur għal ċaqliq fir-rata tal-kambju ta’ inqas minn 20 %, il-kreditur għandu jindika eżempju tal-effett ta’ waqgħa ta’ 20 % fil-valur tal-munita nazzjonali tal-konsumatur fil-konfront tal-munita tal-kreditu fuq il-valur tal-kreditu.

(3) It-tul ta’ żmien tal-kreditu għandu jkun indikat fi snin jew xhur, liema minnhom ikun l-aktar rilevanti. Fejn it-tul ta’ żmien tal-kreditu jista’ jvarja matul il-ħajja tal-kuntratt, il-kreditur għandu jispjega meta u taħt liema kundizzjonijiet dan jista’ jseħħ. Meta l-kreditu jkun għal żmien indefinit, pereżempju għal karta ta’ kreditur koperta b’garanzija, il-kreditur għandu jiddikjara dak il-fatt b’mod ċar.

(4) It-tip tal-kreditu għandu jiġi indikat b’mod ċar (eż. kreditu ipotekarju, self residenzjali, karta ta’ kreditu koperta b’garanzija). Id-deskrizzjoni tat-tip ta’ kreditu għandha tindika b’mod ċar kif il-kapital u l-imgħax għandhom jiġu rimborżati matul il-ħajja tal-kreditu (jiġifieri l-istruttura ta’ amortizzament), u tispeċifika b’mod ċar jekk il-kuntratt ta’ kreditu huwiex fuq il-bażi ta’ ħlas lura tal-kapital jew tal-imgħax biss, jew taħlita tat-tnejn.

(5) Meta l-kreditu kollu jew parti minnu huwa kreditu abbażi tal-imgħax biss, għandha tiddaħħal fi tmiem din it-taqsima b’mod prominenti dikjarazzjoni li tindika b’mod ċar dak il-fatt bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

(6) Din it-taqsima għandha tispjega jekk ir-rata tal-imgħax tas-self hijiex fissa jew varjabbli u, fejn applikabbli, il-perijodi li matulhom ser tibqa’ fissa; il-frekwenza tar-reviżjonijiet sussegwenti u l-eżistenza ta’ limiti għall-varjabbiltà tar-rata tal-imgħax tas-self, bħal limiti massimi jew limiti minimi.

Il-formula użata għar-reviżjoni tar-rata tal-imgħax tas-self u l-kompenenti differenti tagħha (eż. ir-rata ta’ referenza, il-firxa tar-rata tal-imgħax) għandha tiġi spjegata. Il-kreditur għandu jindika, eż. permezz ta’ indirizz web, jekk tistax tinsab aktar informazzjoni dwar l-indiċijiet jew ir-rati użati fil-formula, eż. il-Euribor jew ir-rata ta’ referenza tal-bank ċentrali.

(7) Jekk japplikaw rati tal-imgħax tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, għandha tingħata l-informazzjoni dwar ir-rati kollha applikabbli.

(8) L-‘ammont totali li għandu jiġi rimborżat’ jikkorrispondi għall-ammont totali pagabbli mill-konsumatur. Għandu jintwera bħala s-somma tal-ammont tal-kreditu u l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur. Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self ma tkunx iffissata għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt, għandu jkun enfasizzat li dan l-ammont huwa illustattiv li jista’ jvarja partikolarment fir-rigward tal-varjazzjoni tar-rata tal-imgħax tas-self.

(9) Fejn il-kreditu ser ikun iggarantit b’ipoteka fuq il-proprjetà immobbli jew garanzija oħra paragunabbli jew bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur dwar dan. Fejn applikabbli l-kreditur għandu jindika l-valur preżunt tal-proprjetà immobbli jew ta’ garanzija oħra użata biex jitħejja dan il-fuljett ta’ informazzjoni.

(10) Il-kreditur għandu jindika, fejn applikabbli, jew:

(a) 

‘ammont massimu ta’ self disponibbli b’rabta mal-valur tal-proprjetà’, li jindika r-relazzjoni bejn is-self u l-valur. Din ir-relazzjoni għandha tkun akkumpanjata b’eżempju f’termini assoluti tal-ammont massimu li jista’ jittieħed b’self għal valur speċifiku ta’ proprjetà; jew

(b) 

il-‘valur minimu tal-proprjetà rikjest mill-kreditur biex isellef l-ammont muri’.

(11) Meta l-krediti huma krediti b’iktar minn parti waħda (eż. b’mod konkorrenti parti b’rata fissa, parti b’rata varjabbli), dan għandu jiġi rifless fl-indikazzjoni tat-tip ta’ kreditu u l-informazzjoni mitluba għandha tingħata għal kull parti mill-kreditu.

▼C1

Taqsima ‘4.   Rata tal-imgħax u spejjeż oħra’

▼B

(1) Ir-referenza għal ‘rata tal-imgħax’ tikkorrispondi għar-rata jew rati tal-imgħax tas-self.

(2) Ir-rata tal-imgħax tas-self għandha tiġi espressa bħala valur perċentwali. Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self tkun varjabbli u bbażata fuq rata ta’ referenza, il-kreditur jista’ jindika r-rata tal-imgħax tas-self billi jiddikjara rata ta’ referenza u valur perċentwali tal-firxa tal-kreditur. Madankollu, il-kreditur għandu jindika l-valur tar-rata ta’ referenza li tkun valida fil-jum tal-ħruġ tal-FEIS.

Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija varjabbli l-informazzjoni għandha tinkludi: (a) is-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkulata r-RPAI; (b) fejn rilevanti, il-limiti massimi u l-limiti minimi applikabbli u (c) twissija li l-varjabbiltà tista’ taffettwa l-livell effettiv tar-RPAI. Sabiex tinġibed l-attenzjoni tal-konsumatur id-daqs tat-tipa użata għat-twissija għandu jkun ikbar u għandu jidher b’mod prominenti fit-test tal-FEIS. It-twissija għandha tkun akkumpanjata minn eżempju illustrattiv dwar ir-RPAI. Fejn hemm limitu massimu fuq ir-rata tal-imgħax tas-self, l-eżempju għandu jassumi li r-rata tal-imgħax tas-self togħla mill-aktar fis possibbli għall-ogħla livell previst fil-kuntratt ta’ kreditu. Fejn m’hemm l-ebda limitu massimu l-eżempju għandu juri r-RPAI bl-ogħla rata tal-imgħax tas-self f’tal-inqas fl-aħħar 20 sena, jew fejn id-data sottostanti għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-self hija disponibbli għal perijodu ta’ inqas minn 20 sena, l-itwal perijodu li għalih tkun disponibbli tali data, ibbażata fuq l-ogħla valur ta’ kwalunkwe rata ta’ referenza esterna użata fil-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-self fejn applikabbli jew l-ogħla valur ta’ rata ta’ punt ta’ riferiment speċifikat minn awtorità kompetenti jew l-ABE fejn il-kreditur ma jużax rata ta’ referenza esterna. Tali rekwiżit m’għandux japplika għall-kuntratti ta’ kreditu fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija ffissata għal perijodu inizjali materjali ta’ diversi snin u mbagħad tista’ tiġi ffissata għal perijodu ulterjuri wara negozjati bejn il-kreditur u l-konsumatur. Għal kuntratti ta’ kreditu fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija ffissata għal perijodu inizjali materjali ta’ diversi snin u mbagħad tista’ tiġi ffissata għal perijodu ulterjuri wara negozjati bejn il-kreditur u l-konsumatur, l-informazzjoni għandha tinkludi twissija li r-RPAI hija kkalkulata fuq il-bażi tar-rata tal-imgħax tas-self għall-perijodu inizjali. ►C1  It-twissija għandha tkun akkumpanjata minn RPAI illustrattiva addizzjonali, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 17(5). ◄ Fejn il-krediti huma krediti b’iktar minn parti waħda (eż. b’mod konkorrenti parti b’rata fissa, parti b’rata varjabbli), l-informazzjoni għandha tingħata għal kull parti tal-kreditu.

(3) Fit-taqsima dwar ‘komponenti oħrajn tar-RPAI’ għandhom jiġu elenkati l-ispejjeż l-oħrajn kollha li qiegħdin fir-RPAI, inklużi spejjeż ta’ darba bħal tariffi amministrattivi, u spejjeż regolari bħal tariffi ammininistrattivi annwali. Il-kreditur għandu jelenka kull waħda mill-ispejjeż skont il-kategorija (spejjeż li jitħallsu darba biss, spejjeż li jitħallsu regolarment u inklużi fil-pagamenti akkont, spejjeż li jitħallsu regolarment iżda mhux inklużi fil-pagamenti akkont), b’indikazzjoni tal-ammont tagħhom, lil min ser jitħallsu u meta. Mhux meħtieġ li dan jinkludi l-ispejjeż imġarrba f’każ ta’ ksur tal-obbligi tal-kuntratt. Fejn l-ammont ma jkunx magħruf, il-kreditur għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont jekk possibbli, u jekk mhux possibbli, ta’ kif l-ammont ser jiġi kkalkulat u għandu jispeċifika li l-ammont mogħti huwa biss indikattiv. Fejn ċerti spejjeż ma jkunux inklużi fir-RPAI minħabba l-fatt li ma jkunux magħrufin lill-kreditur, dan għandu jiġi enfasizzat.

Fejn il-konsumatur ikun informa lill-kreditur dwar komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ kreditu u l-ammont totali tal-kreditu, il-kreditur għandu, fejn possibbli, juża dawn il-komponenti; jekk kuntratt ta’ kreditu jipprevedi modi differenti ta’ prelevament b’imposti jew rati tal-imgħax tas-self differenti u l-kreditur juża l-preżunzjonijiet stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I, huwa għandu jindika li l-mekkaniżmi ta’ prelevament oħrajn għal dan it-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu jistgħu jirriżultaw f’RPAI ogħla. Fejn il-kundizzjonijiet għall-prelevamenti jkunu użati għall-kalkolu tar-RPAI, il-kreditur għandu jenfasizza l-imposti relatati ma’ mekkaniżmi ta’ prelevament oħrajn li mhux neċessarjament ikunu dawk użati fil-kalkolu tar-RPAI.

(4) Fejn tariffa hija pagabbli għal reġistrazzjoni tal-ipoteka jew sigurtà komparabbli, dan għandu jiġi ddivulgat f’din it-taqsima mal-ammont, fejn ikun magħruf, jew fejn dan mhux possibbli l-bażi biex jiġi determinat l-ammont. Fejn it-tariffi huma magħrufa u inklużi fir-RPAI, l-eżistenza u l-ammont tat-tariffa għandhom jiġu elenkati taħt “Spejjeż li għandhom jitħallsu darba biss”. Fejn it-tariffi ma jkunux magħrufin mill-kreditur u għalhekk ma jkunux inklużi fir-RPAI l-eżistenza tat-tariffa għandha tissemma b’mod ċar fil-lista tal-ispejjeż li mhumiex magħrufin mill-kreditur. Fiż-żewġ każijiet il-formulazzjoni standardizzata f’Parti A għandha tintuża taħt l-intestatura adatta.

Taqsima ‘5.   Frekwenza u numru ta’ pagamenti’

(1) Fejn il-pagamenti ser isiru fuq bażi regolari, il-frekwenza tal-pagamenti għandha tkun indikata (eż. kull xahar). Fejn il-frekwenza tal-pagamenti ser tkun irregolari, dan għandu jkun spjegat lill-konsumatur b’mod ċar.

(2) In-numru ta’ pagamenti indikati għandhom ikopru t-tul ta’ żmien kollha tal-kreditu.

Taqsima ‘6.   Ammont ta’ kull pagament akkont’

(1) Il-munita tal-kreditu u l-munita tal-pagamenti akkont għandhom ikunu indikati b’mod ċar.

(2) Fejn l-ammont tal-pagamenti akkont jista’ jinbidel matul il-ħajja tal-kreditu, il-kreditur għandu jispeċifika l-perijodu li matulu dak l-ammont tal-pagament akkont inizjali ser jibqa’ kif inhu u meta u b’liema frekwenza ser jinbidel wara.

(3) Meta l-kreditu kollu jew parti minnu huwa kreditu abbażi tal-imgħax biss, għandha tiddaħħal fi tmiem din it-taqsima b’mod prominenti dikjarazzjoni li tindika b’mod ċar dak il-fatt bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

Jekk hemm rekwiżit għall-konsumatur li jieħu prodott tat-tfaddil vinkolat bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ kreditu abbażi tal-imgħax biss garantit b’ipoteka jew garanzija oħra kumparabbli, l-ammont u l-frekwenza ta’ kwalunkwe pagament għal dan il-prodott għandhom jiġu pprovduti.

(4) Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self tkun varjabbli, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni li tindika dak il-fatt, bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A u eżempju tal-ammont massimu ta’ pagament akkont. Fejn hemm limitu massimu, l-eżempju għandu juri l-ammont tal-pagamenti akkont jekk ir-rata tal-imgħax tas-self tiżdied għal-livell tal-limitu massimu. Fejn m’hemm l-ebda limitu massimu, l-agħar sitwazzjoni possibbli għandha turi l-livell tal-pagamenti akkont bl-ogħla rata tal-imgħax tas-self fl-aħħar 20 sena jew fejn id-data sottostanti għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-self hija disponibbli għal perijodu ta’ inqas minn 20 sena, l-itwal perijodu li għalih tkun disponibbli tali data, ibbażata fuq l-ogħla valur ta’ kwalunkwe rata ta’ referenza esterna użata fil-kalkolu tar-rata tal-imgħax tas-self fejn applikabbli jew l-ogħla valur ta’ rata ta’ punt ta’ riferiment speċifikat minn awtorità kompetenti jew l-ABE fejn il-kreditur ma jużax rata ta’ referenza esterna. Ir-rekwiżit li wieħed jipprovdi eżempju illustrattiv m’għandux japplika għall-kuntratti ta’ kreditu fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija ffissata għal perijodu inizjali materjali ta’ diversi snin u mbagħad tista’ tiġi ffissata għal perijodu ulterjuri wara negozjati bejn il-kreditur u l-konsumatur. Fejn il-krediti huma krediti b’iktar minn parti waħda (eż. b’mod konkorrenti parti b’rata fissa, parti b’rata varjabbli), l-informazzjoni għandha tingħata għal kull parti tal-kreditu, u bħala total.

(5) (Fejn applikabbli) Fejn il-munita tal-kreditu tkun differenti mill-munita nazzjonali tal-konsumatur jew fejn il-kreditu jkun indiċizzat ma’ munita li tkun differenti mill-munita nazzjonali tal-konsumatur, il-kreditur għandu jinkludi eżempju numeriku li juru b’mod ċar kif bidliet fir-rata tal-kambju rilevanti tista’ taffettwa l-ammont ta’ pagamenti akkont bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A. Dak l-eżempju għandu jkun ibbażat fuq tnaqqis ta’ 20 % fil-valur tal-munita nazzjonali tal-konsumatur flimkien ma’ dikjarazzjoni prominenti li l-pagamenti akkont jistgħu jiżdiedu b’aktar minn dak l-ammont preżunt f’dak l-eżempju. Fejn ikun hemm limitu massimu li jillimita dik iż-żieda għal inqas minn 20 %, għandu jingħata, minflok, il-valur massimu tal-pagamenti fil-munita tal-konsumatur, u d-dikjarazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ aktar żidiet għandha titħalla barra.

(6) Fejn il-kreditu kollu kemm hu jew parzjalment kreditu b’rata varjabbli u l-punt 3 japplika, l-eżempju fil-punt 5 għandu jingħata fuq il-bażi tal-ammont tal-pagament akkont imsemmi fil-punt 1.

(7) Fejn il-munita użata għall-pagament tal-pagamenti akkont tkun differenti mill-munita tal-kreditu jew fejn l-ammont ta’ kull pagament akkont imsarraf f’munita nazzjonali tal-konsumatur jiddependi fuq l-ammont li jikkorrispondi f’munita differenti, din it-taqsima għandha tindika d-data li fiha tiġi kkalkulata r-rata tal-kambju applikabbli u jew ir-rata tal-kambju jew il-bażi li tiġi kkalkulata fuqha u l-frekwenza tal-aġġustament tagħhom. Fejn applikabbli tali indikazzjoni għandha tinkludi l-isem tal-istituzzjoni li tippubblika r-rata tal-kambju.

(8) Fejn il-kreditu huwa kreditu b’imgħax differit li bih l-imgħax dovut ma jitħallasx totalment lura bil-pagamenti akkont u jiżdied mal-ammont totali tal-kreditu pendenti, għandu jkun hemm spjegazzjoni dwar: kif u meta l-imgħax differit ser jiżdied mal-kreditu bħala ammont fi flus; u x’inhuma l-implikazzjonijiet għall-konsumatur fir-rigward tad-dejn li jkun fadlilhom.

Taqsima ‘7.   Tabella tal-ħlas lura indikattiva’

(1) Din it-taqsima għandha tiġi inkluża fejn il-kreditu huwa kreditu b’imgħax differit li bih l-imgħax dovut ma jitħallasx totalment bil-pagamenti akkont u jiżdied mal-ammont totali tal-kreditu pendenti jew fejn ir-rata tal-imgħax tas-self hija ffissata għad-durata tal-kuntratt ta’ kreditu. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li t-tabella ta’ amortizzament indikattiva tkun obbligatorja f’każijiet oħra.

Fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jirċievi tabella ta’ amortizzament riveduta, dan għandu jkun indikat mal-kundizzjonijiet li skonthom il-konsumatur għandu dak id-dritt.

(2) L-Istati Membri jistgħu jesiġu li fejn ir-rata tal-imgħax tas-self tista’ tvarja matul il-ħajja tal-kreditu, il-kreditur għandu jindika, il-perijodu li matulu dik ir-rata tal-imgħax tas-self inizjali ser tibqa’ kif inhi.

(3) It-tabella li għandha tkun inkluża f’din it-taqsima għandu jkun fiha l-kolonni li ġejjin: ‘skeda ta’ ħlas lura’ (eż. xahar 1, xahar 2, xahar 3), ‘ammont tal-pagament akkont’, ‘imgħax li għandu jitħallas f’kull pagament akkont’, ‘spejjeż oħrajn inklużi fil-pagament akkont’ (fejn rilevanti), ‘kapital imħallas f’kull pagament akkont’ u ‘kapital dovut wara kull pagament akkont’.

(4) Għall-ewwel sena tal-ħlas lura l-informazzjoni għandha tingħata għal kull pagament akkont u għandu jkun indikat subtotal għal kull kolonna fl-aħħar ta’ dik l-ewwel sena. Għas-snin ta’ wara, l-informazzjoni tista’ tingħata fuq bażi annwali. Fl-aħħar tat-tabella għandha tiżdied ringiela tat-total globali li għandha tagħti l-ammonti totali għal kull kolonna. L-ispiża totali tal-kreditu mħallsa mill-konsumatur (jiġifieri s-somma globali tal-kolonna tal-‘ammont tal-pagament akkont’) għandu jkun enfasizzat b’mod ċar u ppreżentat bħala tali.

(5) Fejn ir-rata tal-imgħax tas-self tkun soġġetta għal reviżjoni u l-ammont tal-pagament akkont wara kull reviżjoni ma jkunx magħruf, il-kreditur jista’ jindika fit-tabella ta’ amortizzament l-istess ammont ta’ pagament akkont għat-tul ta’ żmien kollha tal-kreditu. F’dan il-każ, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għal dan il-fatt billi jagħmel differenzjazzjoni viżiva bejn l-ammonti li huma magħrufin u dawk li huma ipotetiċi (eż. billi juża tipa differenti, borduri jew sfumaturi). Barra minn dan, test leġibbli b’mod ċar għandu jispjega għal liema perjodi l-ammonti rappreżentati fit-tabella jistgħu jvarjaw u għalfejn.

Taqsima ‘8.   Obbligi addizzjonali’

(1) F’din it-taqsima l-kreditur għandu jirreferi għall-obbligi bħal l-obbligu li l-proprjetà immobbli tkun assigurata, li assigurazzjoni tal-ħajja tinxtara, li jkun hemm salarju li jitħallas f’kont mal-kreditur jew li jinxtara kwalunkwe prodott jew servizz ieħor. Għal kull obbligu, il-kreditu għandu jispeċifika lejn min u sa meta jrid ikun issodisfat l-obbligu.

(2) Il-kreditur għandu jispeċifika t-tul ta’ żmien tal-obbligu, eż. sa tmiem il-kuntratt ta’ kreditu. Il-kreditur għandu jispeċifika għal kull obbligu kwalunkwe spiża li għandha titħallas mill-konsumatur, li mhijiex inkluża fir-RPAI.

(3) Il-kreditur għandu jiddikjara jekk hux obbligatorju li l-konsumatur jieħu xi servizz anċillari biex jikseb il-kreditu bit-termini ddikjarati, u jekk ikun il-każ, jekk il-konsumatur hux obbligat li jixtrihom mill-fornitur preferut tal-kreditur jew jekk ikunux jistgħu jinxtraw minn fornitur tal-għażla tal-konsumatur. Fejn din il-possibbiltà tkun bil-kundizzjoni li s-servizzi anċillari jissodisfaw ċerti karatteristiċi minimi, dawn il-karatteristiċi għandhom jiġu diskritti f’din it-taqsima.

Fejn il-kuntratt ta’ kreditu ikun abbinat (bundled) ma’ prodotti oħra l-kreditur għandu jiddikjara l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawk il-prodotti l-oħra u jiddikjara b’mod ċar jekk il-konsumatur għandux dritt jittermina l-ftehim tal-kreditu jew il-prodotti abbinati separatament, il-kundizzjonijiet biex jagħmel dan, u, f’każ li jieħu din l-azzjoni, l-implikazzjonijiet tagħha, u, fejn applikabbli, il-konsegwenzi possibbli għat-terminazzjoni tas-servizzi anċillari meħtieġa fir-rigward tal-kuntratt ta’ kreditu.

Taqsima ‘9.   Ħlas lura antiċipat’

(1) Il-kreditur għandu jindika taħt liema kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, il-konsumatur jista’ jħallas lura l-kreditu kmieni, kollu kemm hu jew parzjalment.

(2) Fit-taqsima dwar imposti f’każ ta’ terminazzjoni l-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-kreditur għal kwalunkwe imposta f’każ ta’ terminazzjoni jew spejjeż oħra pagabbli fuq ħlas lura antiċipat sabiex il-kreditur jiġi kkumpensat u fejn possibbli jiġi indikat l-ammont tagħhom. Fil-każijiet fejn l-ammont tal-kumpens ikun jiddependi fuq fatturi differenti, bħall-ammont imħallas lura jew ir-rata tal-imgħax prevalenti li tapplika fil-mument tal-ħlas lura antiċipat, il-kreditur għandu jindika kif il-kumpens ser jiġi kkalkolat u jiġi pprovdut l-ammont massimu potenzjali tal-imposta, jew fejn mhux possibbli, eżempju illustrattiv juri lill-konsumatur l-livell tal-imposta tal-kumpens skont xenarji possibbli differenti.

Taqsima ‘10.   Karatteristiċi flessibbli’

(1) Fejn applikabbli, il-kreditur għandu jispjega l-possibbiltà ta’ trasferiment u l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-kreditu lil kreditur jew proprjetà immobbli oħra.

(2) (Fejn adatt) Karatteristiċi addizzjonali: Fejn il-prodott ikun fih xi karatteristika minn dawk elenkati fil-punt 5, din it-taqsima għandha telenka dawn il-karatteristiċi u tipprovdi spjegazzjoni qasira ta’: iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jista’ juża dik il-karatteristika; kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-karatteristika; jekk il-fatt li l-karatteristika tkun parti mill-kreditu garantit permezz ta’ ipoteka jew garanzija kumparabbli jfissirx li l-konsumatur jitlef kwalunkwe protezzjoni statutorja jew ta’ xi tip ieħor normalment assoċjata mal-karatteristika; u l-intrapriża li tipprovdi l-karatteristika (jekk mhix il-kreditur).

(3) Jekk il-karatteristika jkun fiha kwalunkwe kreditu addizzjonali, allura din it-taqsima għandha tispjega lill-konsumatur: l-ammont totali tal-kreditu (inkluż il-kreditu garantit permezz tal-ipoteka jew garanzija komparabbli); jekk il-kreditu addizzjonali huwiex iggarantit jew le; ir-rati tal-imgħax tas-self rilevanti; u jekk il-karatteristika hix regolata jew le. Tali ammont ta’ kreditu addizzjonali għandu jew jiġi inkluż fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja oriġinali jew, jekk le, din it-taqsima għandha tagħmilha ċara li d-disponibbiltà tal-ammont addizzjonali huwa dipendenti fuq valutazzjoni ulterjuri tal-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura.

(4) Jekk il-karatteristika tinvolvi strument tat-tfaddil, ir-rata tal-imgħax rilevanti għandha tiġi spjegata.

(5) Il-karatteristiċi addizzjonali possibbli huma: ‘Pagamenti żejda/Pagamenti nieqsa’ [meta l-pagament akkont ikun aktar jew inqas milli jkun rikjest bħala regola bl-istruttura tal-amortizzament]; ‘Pagamenti differiti’ [perijodi fejn il-konsumatur mhux meħtieġ jagħmel pagamenti]; ‘Self mill-ġdid’ [possibbiltà għall-konsumatur li jerġa’ jissellef fondi diġà prelevati u mħallsa lura]; ‘Self addizzjonali disponibbli mingħajr approvazzjoni ulterjuri’; ‘Self addizzjonali ggarantit jew mhux iggarantit’ [f’konformità mal-punt 3 hawn fuq]; ‘Karta tal-kreditu’; ‘Kont kurrenti marbut’; u ‘Kont tat-tfaddil marbut’.

(6) Il-kreditur jista’ jinkludi kwalunkwe karatteristika oħra offruta mill-kreditur bħala parti mill-kuntratt tal-kreditu li mhux imsemmi fit-taqsimiet preċedenti.

Taqsima ‘11.   Drittijiet oħrajn tal-mutwatarju’

(1) Il-kreditur għandu jiċċara d-dritt(ijiet) ta’ eż. rexissjoni jew riflessjoni u fejn applikabbli drittijiet oħra bħal, portabbiltà (inkluż surroga) li jeżistu, jispeċifika l-kundizzjonijiet li għalihom dan/dawn id-dritt(ijiet) huma soġġetti, il-proċedura li l-konsumatur jeħtieġ li jsegwi għall-eżerċizzju ta’ dan/dawn id-dritt(ijiet), fost l-oħrajn, l-indirizz fejn għandha tintbagħat in-notifika ta’ rexissjoni, u t-tariffi korrispondenti (fejn applikabbli).

(2) Fejn japplika perijodu ta’ riflessjoni jew dritt ta’ rexissjoni għall-konsumatur dan għandu jissemma b’mod ċar.

(3) Konformement mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-tranżazzjoni tiġi offruta b’distanza, il-konsumatur għandu jiġi infurmat bl-eżistenza jew in-nuqqas tad-dritt ta’ rexissjoni.

Taqsima ‘12.   Ilmenti’

(1) Din it-Taqsima għandha tindika l-punt ta’ kuntatt intern [isem tad-dipartiment rilevanti] u mezz biex tikkuntattjahom biex tilmenta [Indirizz ġeografiku] jew [Numru tat-telefon] jew [Persuna ta’ kuntatt]: [dettalji ta’ kuntatt] u link għall-proċedura tal-ilmenti fil-paġna rilevanti tas-sit web jew sors ta’ informazzjoni simili.

(2) Għandha tindika l-isem tal-korp estern rilevanti għal ilmenti u rimedji extraġudizzjarji u fejn l-użu tal-proċedura interna tal-ilment hija prekundizzjoni għall-aċċess għal dak il-korp, tindika dak il-fatt billi tuża l-formulazzjoni fil-Parti A.

(3) Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu b’konsumatur li huwa residenti fi Stat Membru ieħor, il-kreditur għandu jirreferi għall-eżistenza ta’ FIN-NET (http://ec.europa.eu/internal_market/fin-net/).

Taqsima ‘13.   Nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbutin mal-kreditu: konsegwenzi għall-mutwatarju’

(1) Fejn in-nuqqas ta’ osservanza ta’ xi obbligu tal-konsumatur marbut mal-kreditu jista’ jkollu konsegwenzi finanzjarji jew legali għall-konsumatur, f’din it-taqsima l-kreditur għandu jiddeskrivi l-każijiet prinċipali differenti (eż. pagamenti tard/inadempjenza, nuqqas li jiġu rispettati l-obbligi stipulati fit-Taqsima 8 ‘Obbligi addizzjonali’) u għandu jindika fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

(2) Għal kull wieħed minn dawn il-każijiet, il-kreditur għandu jispeċifika, f’termini komprensibbli faċilment, il-penalitajiet jew il-konsegwenzi li jistgħu joħolqu. Għandha tiġi enfasizzata r-referenza għall-konsegwenzi serji.

(3) Fejn il-proprjetà immobbli użata biex tiggarantixxi tal-kreditu tista’ tingħata lura jew tiġi trasferita lill-kreditur, jekk il-konsumatur ma jikkonformax mal-obbligi, din it-taqsima għandha tinkludi dikjarazzjoni li tindika dak il-fatt, bl-użu tal-formulazzjoni fil-Parti A.

Taqsima ‘14.   Informazzjoni addizzjonali’

(1) Fil-każ ta’ kummerċjalizzazzjoni b’distanza, din it-taqsima ser tinkludi kwalunkwe klawżola li tistipula l-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ kreditu jew il-qorti kompetenti.

(2) Fejn il-kreditur ikollu l-intenzjoni jikkomunika mal-konsumatur matul it-terminu tal-kuntratt b’lingwa differenti mil-lingwa tal-FEIS, dan il-fatt għandu jkun inkluż u l-lingwa ta’ komunikazzjoni msemmija. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-punt (g) tal-punt 3 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE.

(3) Il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu għandu jiddikjara d-dritt tal-konsumatur li jiġi pprovdut jew offrut, kif applikabbli, kopja tal-abbozz ta’ kuntratt ta’ kreditu tal-inqas ladarba li tkun saret offerta li torbot lill-kreditur.

Taqsima ‘15.   Superviżur’

(1) L-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tal-istadju prekuntrattwali tas-self għandhom jiġu indikati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.