|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Fi żmien debitu qabel ma l-konsumatur ikun marbut minn kwalunkwe ftehim jew offerta ta' kreditu, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, abbażi tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' kreditu offruti mill-kreditur u, jekk applikabbli, il-preferenzi espressi u l-informazzjoni fornuta mill-konsumatur, jipprovdu lill-konsumatur bl-informazzjoni meħtieġa biex iqabbel offerti differenti sabiex jieħu deċiżjoni informata dwar jekk jikkonkludix ftehim ta' kreditu. Tali informazzjoni, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, għandha tiġi provduta permezz tal-formola ta' “Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur” pprovduta fl-Anness II. Il-kreditur għandu jiġi meqjus bħala li ssodisfa ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni f'dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3 (1) u (2) tad-Direttiva 2002/65/KE jekk forna l-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur. Din l-informazzjoni għandha tispeċifika:
(a)
it-tip ta' kreditu;
(b)
l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-kreditur kif ukoll, jekk applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;
(ċ)
l-ammont totali ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta' self;
(d)
it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;
(e)
f'każijiet ta' kreditu fil-forma ta' ħlas differit għal merkanzija speċifika jew servizz u ftehim ta' kreditu marbut magħhom, dik il-merkanzija jew is-servizz u l-prezz ta' ħlas fil-pront;
(f)
ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self u, fejn huma disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perijodi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata tas-self. Jekk japplikaw rati tas-self differenti f'ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni msemmija hawn fuq għar-rati applikabbli kollha;
(g)
ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, permezz ta' eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta' din ir-rata; fejn il-konsumatur ikun informa lill-kreditur dwar komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu u l-ammont totali ta' kreditu, il-kreditur għandu jieħu kont ta' dawn il-komponenti; jekk ftehim ta' kreditu jipprovdi modi differenti għall-ġbid ta' kreditu b'imposti jew rati tas-self differenti u l-kreditur juża l-assunzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Parti II ta' l-Anness I, huwa għandu jindika li l-mekkaniżmi għall-ġbid ta' kreditu oħra għal dan it-tip ta' ftehim ta' kreditu jistgħu jirriżultaw f'rati perċentwali annwali ogħla ta' imposta;
(h)
l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur u fejn ikun il-każ, l-ordni li biha l-ħlasijiet ser ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b'rati tas-self differenti għall-finijiet ta' radd lura;
(i)
fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet biex jiġu reġistrati kemm transazzjoniet ta' ħlas kif ukoll ġbid ta' kreditu, sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv, flimkien ma' l-imposti għall-użu ta' mezzi ta' ħlas kemm għal transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll għall-ġbid ta' kreditu u kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu mibdula dawn l-imposti;
(j)
fejn applikabbli, l-eżistenza ta' kwalunkwe spejjeż pagabbli mill-konsumatur lin-nutar mal-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu;
(k)
l-obbligu, fejn dan jeżisti, li wieħed jidħol f' kuntratt dwar servizz anċillari relatat mal-ftehim ta' kreditu, b'mod partikolari polza ta' assigurazzjoni, meta il-konklużjoni ta' tali kuntratt tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kondizzjonijiet kumerċjalizzati;
(l)
ir-rata ta' l-interessi applikabbli fil-każ ta' ħlas tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha, u, fejn applikabbli, l-imposti dovuti minħabba nuqqas ta' ħlas;
(m)
twissja dwar il-konsegwenzi li jinqabżu xi ħlasijiet;
(n)
fejn ikun applikabbli, il-garanziji meħtieġa;
(o)
l-eżistenza jew l-assenza ta' dritt ta' ġbid;
(p)
id-dritt ta' radd lura antiċipat, fejn dan jeżisti u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens u l-mod kif dan il-kumpens jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 16;
(q)
id-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skond l-Artikolu 9(2), bir-riżultat ta' konsultazzjoni ta' database li tkun saret bi skop tiġi valutata l-affidabbiltà finanzjarja tiegħu skond l-Artikolu 9(2);
(r)
id-dritt tal-konsumatur li meta jitlob jiġi fornut mingħajr ħlas b'kopja ta' l-abbozz tal-ftehim ta' kreditu. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika jekk il-kreditur fil-ħin tat-talba ma jkunx lest li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu mal-konsumatur; u
(s)
jekk applikabbli, il-perijodu ta' żmien li matulu l-kreditur huwa marbut mill-informazzjoni prekuntrattwali. Fejn il-ftehim ta'kreditu jirreferenzja parametru referenzjarju kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), l-isem tal-parametru referenzjarju u l-amministratur tiegħu u l-implikazzjonijiet potenzjali fuq il-konsumatur għandhom jiġu pprovduti mill-kreditur jew, fejn applikabbli, mill-intermedjarju tal-kreditu, lill-konsumatur f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur ikun jixtieq jipprovdi lill-konsumatur għandha tingħata f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-formola ta' Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|