|
+Artikolu 10 5. |
Artikolu 10 5.F'każ ta' ftehim ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft skond l-Artikolu 2 (3) għandu jiġi dikjarat b'mod ċar u konċiż:
(a)
it-tip ta' kreditu;
(b)
l-identitajiet u l-indirizzi ġeografiċi tal-partijiet kontraenti kif ukoll, jekk applikabbli, l-iddentità u l-indirizz ġeografiku ta' l-intermedjarju ta' kreditu involut;
(ċ)
it-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu;
(d)
l-ammont totali ta' kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta' kreditu;
(e)
ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni tar-rata tas-self u, fejn huma disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta' referenza applikabbli għar-rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perijodi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata tas-self, jekk japplikaw rati tas-self differenti f'ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tar-rati applikabbli kollha;
(f)
ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ikkalkolati fil-ħin tal-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu; għandhom ikunu speċifikati l-kalkoli kollha ta' dawn l-interessi skond l-Artikolu 19(2) flimkien ma' Artikolu 3 g) u i); l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena m'għandhiex għalfejn tiġi speċifikata;
(g)
fejn applikabbli, indikazzjoni li l-konsumatur jista' jintalab irodd lura l-ammont totali ta' kreditu fi kwalunkwe ħin;
(h)
il-modalitajiet imħarsa permezz ta' l-eżerċitar tad-dritt fuq it-tmiem ta' ftehim ta' kreditu; u
(i)
informazzjoni rigward it-tariffi applikabbli minn meta jiġi konkluż il-ftehim ta' kreditu u, jekk applikabbli, il-kundizzjonijiet taħt li dawk it-tariffi jistgħu jinbidlu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|