|
+Artikolu 14 3. |
Artikolu 14 3.Jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta' rtirar tiegħu, huwa għandu:
(a)
sabiex jagħti effett lill-irtirar qabel jiskadi t-terminu perentorju msemmi fil-paragrafu 1, jinnotifika b'dan lill-kreditur wara l-informazzjoni mogħtija mill-kreditur skond punt (p) ta' l-Artikolu 10(2) b'mezz li jista' jiġi ppruvat skond il-liġi nazzjonali. It-terminu perentorju għandu jitqies li jkun ġie osservat jekk din in-notifika, jekk tkun bil-miktub fuq karta jew b'mezz durabbli ieħor li jkun disponibbli u aċċessibbli għall-kreditur, tkun intbagħtet qabel jiskadi t-terminu perentorju; u
(b)
biex iħallas lill-kreditur il-kapital u l-interessi akkumulati fuq dan il-kapital mid-data li fiha s-self ikun inġibed sad-data li fiha jitħallas il-kapital, mingħajr ebda dewmien bla bżonn u mhux aktar tard minn 30 jum ta' kalendarju wara li jkun bagħat in-notifika ta' l-irtirar lill-kreditur. L-interessi għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-rata tas-self miftehma. Il-kreditur m' għandhux ikun intitolat għall-ebda kumpens ieħor mill-konsumatur fil-każ ta' rtirar, ħlief għal kumpens għall-imposti li ma jistgħux jitreġġgħu lura mħallsin mill-kreditur lill-kwalunke entità ta' amministrazzjoni pubblika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|