+Artikolu 19 Kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
|
Artikolu 19 Kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena, li tekwavali, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti ta' l-impenji kollha (ġbid ta' kreditu, radd lura u imposti), futuri jew eżistenti, miftehma bejn il-kreditur u l-konsumatur, għandha tiġi kkalkolata skond il-formola matematika mniżżla fil-Parti I ta' l-Anness I.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Għall-fini tal-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena, l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur għandha tiġi determinata, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe imposta pagabbli mill-konsumatur għal nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe impenn min-naħa tiegħu stabbilit fil-ftehim ta' kreditu u imposti barra mill-prezz tax-xiri li, għal xiri ta' merkanzija u servizzi, hu obbligat iħallas irrispettivament minn jekk it-transazzjoni issirx permezz ta' flus kontanti jew permezz ta' kreditu.
L-ispejjeż biex jinżamm kont li jirreġistra kemm transazzjonijiet ta' ħlas u kif ukoll ta' ġbid ta' kreditu, l-ispejjeż ta' l-użu ta' mezz ta' ħlas kemm għal transazzjonijiet ta' ħlas u kif ukoll għal ġbid ta' kreditu, u spejjeż oħrajn relatati ma' transazzjonijiet ta' ħlas għandhom jiġu inklużi fl-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx obbligatorju u l-ispejjeż tal-kont ikunu ntwerew b'mod ċar u separatament fil-ftehim ta' kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Il-kalkolu tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena għandu jkun ibbażat fuq l-assunzjoni bażika li l-ftehim ta' kreditu għandu jibqa' validu għall-perijodu miftiehem u l-kreditur u l-konsumatur ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim ta' kreditu.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu li jkollhom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tas-self u, fejn ikun applikabbli, l-imposti fir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-ħin tal-kalkolu, ir-rata ta' imposta perċentwali fis-sena għandha tiġi kkalkolata fuq l-assunzjoni li r-rata tas-self u imposti oħrajn jibqgħu fissi b'relazzjoni mal-livell inizjali u jibqgħu applikabbli sa tmiem il-ftehim ta' kreditu.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Fejn meħtieġ, is-suppożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Anness I jistgħu jintużaw fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta. Jekk is-suppożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Parti II tal-Anness I ma jkunux biżżejjed biex ir-rata perċentwali annwali tal-imposta tiġi kkalkolata b’mod uniformi jew ma jkunux għadhom adatti għas-sitwazzjonijiet kummerċjali fis-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24a li jemendaw dan l-Artikolu u l-Parti II tal-Anness I biex jiżdiedu s-suppożizzjonijiet addizzjonali meħtieġa għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta jew biex jiġu modifikati dawk eżistenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0048
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|