|
+Artikolu 21 Ċerti obbligi ta' intermedjarji ta' kreditu vis-à-vis il-konsumaturi |
Artikolu 21 Ċerti obbligi ta' intermedjarji ta' kreditu vis-à-vis il-konsumaturiArtikolu 21 Ċerti obbligi ta' intermedjarji ta' kreditu vis-à-vis il-konsumaturi L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
intermedjarju ta' kreditu jindika f'riklamar u dokumentazzjoni maħsuba għall-konsumaturi sa fejn jaslu l-poteri tiegħu, b'mod partikolari jekk jaħdimx esklussivament ma' kreditur wieħed jew aktar jew bħala sensar indipendenti;
(b)
jekk ikun hemm drittijiet pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu dawn jiġu mgħarrfa lill-konsumatur, u miftiehma bejn il-konsumatur u l-intermedjarju ta' kreditu fuq il-karta jew mezz durabbli ieħor qabel il-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu;
(ċ)
jekk ikun hemm drittijiet pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu dawn jiġu komunikati lill-kreditur mill-intermedjarju tal-kreditu, għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta' imposta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|