Artikolu 26
Informazzjoni li għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni
►C2
Fejn Stat Membru juża kwalunkwe mill-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5), 2(6), l-Artikolu 4(1), il-punt (c) tal-Artikolu 4(2), l-Artikoli 6(2), 10(1), il-punt (f) tal-Artikolu 10(5),l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16 (4), huwa għandu ◄ jinforma lill-Kummissjoni b'dan kif ukoll bi kwalunkwe bidliet sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika dik l-informazzjoni permezz ta' sit web jew permezz ta' kwalunkwe mod faċilment aċċessibbli ieħor. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri adatti biex ixerred din l-informazzjoni lill-kredituri u lill-konsumaturi nazzjonali.