|
+Artikolu 38 Obbligi speċifiċi għall-intermedjarji tal-kreditu |
Artikolu 38 Obbligi speċifiċi għall-intermedjarji tal-kredituArtikolu 38 Obbligi speċifiċi għall-intermedjarji tal-kreditu L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji tal-kreditu:
(a)
jindikaw, fir-reklamar u fid-dokumentazzjoni maħsuba għall-konsumaturi, il-firxa tas-setgħat tagħhom u jekk jaħdmux esklużivament ma’ kreditur wieħed jew aktar jew bħala intermedjarju indipendenti;
(b)
jiżvelaw lill-konsumatur kwalunkwe tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi li ser jiġu pprovduti;
(c)
jilħqu ftehim mal-konsumatur dwar kwalunkwe tariffa msemmija fil-punt (b) fuq il-karta jew fuq mezz durabbli qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
(d)
jikkomunikaw kwalunkwe tariffa msemmija fil-punt (b) lill-kreditur, għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|