+Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), inklużi l-fergħat tagħha, kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, li jkunu jinsabu fl-Unjoni, kemm jekk l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun jinsab fl-Unjoni kif ukoll jekk ikun f'pajjiż terz;

(2) 

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser:

(a) 

intrapriża, li ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu, li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet inklużi fil-punti (2) sa (12), (14) u (15) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), inklużi l-attivitajiet ta' uffiċċji ta' kambju tal-munita;

(b) 

impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), sa fejn hija twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja koperti minn dik id-Direttiva;

(c) 

ditta ta' investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(d) 

intrapriża ta' investiment kollettiv li tikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tagħha;

(e) 

intermedjarja tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) fejn taġixxi fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja u servizzi oħra relatati mal-investiment, bl-eċċezzjoni ta' intermedjarju marbut ta' assigurazzjoni kif definita fil-punt (7) ta' dak l-Artikolu;

(f) 

fergħat, meta jinsabu fl-Unjoni, ta' istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmija fil-punti (a) sa (e), kemm jekk l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikunu jinsab fi Stat Membru kif ukoll jekk ikun jinsab f'pajjiż terz;

▼M3

(g) 

fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi;

▼B

(3) 

“proprjetà” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm korporali kif ukoll inkorporali, mobbli jew immobbli, tanġibbli jew intanġibbli, u dokumenti jew strumenti legali fi kwalunkwe forma inkluż dik elettronika jew diġitali, li tixhed it-titolu ta' tali assi jew interess fihom;

(4) 

“attività kriminali” tfisser kwalunkwe tip ta' involviment kriminali fit-twettiq tar-reati serji li ġejjin:

▼M1

(a) 

reati terroristiċi, reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi kif stabbilit fit-Titoli II u III tad-Direttiva (UE) 2017/541 ( 8 );

▼B

(b) 

kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi;

▼M1

(c) 

l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet kriminali kif definit fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI ( 9 );

▼B

(d) 

frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fejn tkun mill-inqas serja, kif definit fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ( 10 );

(e) 

korruzzjoni;

(f) 

ir-reati kollha, inklużi reati fiskali, relatati ma' taxxi diretti u taxxi indiretti u kif definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, li huma punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' Stati Membri li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli b'ċaħda tal-libertà jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur;

(5) 

“korp awtoregolatorju” tfisser korp li jirrappreżenta membri ta' professjoni u li għandu rwol fir-regolamentazzjoni tagħhom, fit-twettiq ta' ċerti funzjonijiet tat-tip superviżorju jew ta' monitoraġġ u fl-iżgurar tal-infurzar tar-regoli li jirrigwardawhom;

(6) 

“sid benefiċjarju” tfisser kwalunkwe persuna jew persuni fiżiċi li huma s-sid jew li għandhom l-kontroll finali tal-klijent jew il-persuna jew persuni fiżiċi li f'isimhom tkun qed titwettaq transazzjoni jew attività u tinkludi:

(a) 

fil-każ ta' entitajiet korporattivi:

(i) 

il-persuna fiżika/persuni fiżiċi li hija s-sid jew li għandha l-kontroll finali ta' entità ġuridika permezz ta' sjieda diretta jew indiretta ta' perċentwal suffiċjenti tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess ta' sjieda f'dik l-entità, inkluż permezz ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji bearer, jew permezz ta' kontroll b'mezzi oħra, minbarra kumpannija elenkata fuq suq regolat li hija soġġetta għal rekwiżiti ta' żvelar konsistenti mal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew soġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti li jiżguraw it-trasparenza adegwata tal-informazzjoni tas-sjieda.

Il-pussess ta' ishma ta' 25 % u sehem wieħed jew interess ta' sjieda ta' aktar minn 25 % fil-klijent miżmum minn persuna fiżika, għandu jkun indikazzjoni ta' sjieda diretta. Il-parteċipazzjoni azzjonarja ta' 25 % u sehem wieħed jew interess ta' sjieda ta' aktar minn 25 % fil-klijent miżmum minn entità korporattiva, li tkun taħt il-kontroll ta' persuna fiżika jew persuni fiżiċi, jew minn entitajiet korporattivi multipli, li jkunu taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew persuni fiżiċi, għandha tkun indikazzjoni ta' sjieda indiretta. Dan japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu li perċentwal aktar baxx jista' jkun indikazzjoni ta' sjieda jew kontroll. Jista' jiġi determinat kontroll permezz ta' mezzi oħra, fost oħrajn, f'konformità mal-kriterji fl-Artikolu 22(1) sa (5) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );

(ii) 

jekk, wara li tkun eżawriet il-mezzi kollha possibbli u sakemm ma jkunx hemm raġunijiet għal suspett, l-ebda persuna taħt il-punt (i) ma tkun identifikata, jew jekk ikun hemm xi dubbju li l-persuna jew persuni identifikati huma s-sid jew sidien benefiċjarji, il-persuna jew persuni fiżiċi li jkollhom l-inkarigu ta' uffiċjal jew uffiċjali ta' maniġment superjuri; l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħudin għall-finijiet tal-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji taħt il-punt (i) u dan il-punt;

▼M1

(b) 

fil-każ ta’ trusts, il-persuni kollha li ġejjin:

(i) 

is-settlor(s);

(ii) 

il-fiduċjarju/i;

(iii) 

il-protettur(i), jekk ikun hemm;

(iv) 

il-benefiċjarji jew meta l-individwi li jibbenefikaw mill-arranġament ġuridiku jew l-entità ġuridika jkunu għad iridu jiġu ddeterminati, il-klassi ta’ persuni li fl-interess ewlieni tagħhom jiġu stabbiliti jew operati l-arranġament jew l-entità ġuridika;

(v) 

kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll finali fuq it-trust permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta jew b’mezzi oħrajn;

▼B

(c) 

fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi bħal fondazzjonijiet, u arranġamenti legali simili għal trusts, il-persuna fiżika jew persuni fiżiċi li jkollhom pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili għal dawk imsemmija fil-punt (b);

(7) 

“fornitur ta' servizz ta' trusts jew kumpanniji” tfisser kwalunkwe persuna li permezz tan-negozju tagħha jipprovdi xi wieħed mis-servizzi li ġejjin lil partijiet terzi:

(a) 

il-formazzjoni ta' kumpanniji jew ta' persuni ġuridiċi oħra;

(b) 

taġixxi bħala jew tirranġa biex persuna oħra taġixxi bħala direttur jew segretarju ta' kumpannija, jew bħala soċju f'soċjetà, jew f'xi pożizzjoni simili marbuta ma' persuni ġuridiċi oħra;

(c) 

il-forniment ta' uffiċċju reġistrat, jew ta' indirizz kummerċjali, jew ta' indirizz ta' korrispondenza jew amministrattiv u servizzi oħra relatati lil xi kumpannija, soċjetà jew kwalunkwe persuna ġuridika jew arranġament legali ieħor;

(d) 

taġixxi bħala jew tirranġa biex persuna oħra taġixxi bħala fiduċjarju ta' express trust jew ta' arranġament legali simili ieħor;

(e) 

taġixxi bħala jew tirranġa biex persuna oħra taġixxi bħala azzjonist nominat għal persuna oħra li mhijiex kumpannija elenkata f'suq regolat li hija soġġetta għar-rekwiżiti ta' żvelar f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew soġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti;

▼M3

(8) 

“relazzjoni ta’ korrispondenza” tfisser:

(a) 

il-forniment ta’ servizzi bankarji minn bank wieħed bħala l-korrispondent lil bank ieħor bħala r-rispondenti, inkluż il-provvista ta’ kont kurrenti jew kont ta’ responsabbiltà ieħor u servizzi relatati, bħal ġestjoni ta’ flus kontanti, trasferimenti ta’ fondi internazzjonali, ikklerjar ta’ ċekkijiet, pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet u servizzi ta’ kambju;

(b) 

ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż fejn jiġu fornuti servizzi simili minn istituzzjoni korrispondenti lil istituzzjoni rispondenti, u inkluż relazzjonijiet stabbiliti għal tranżazzjonijiet ta’ titoli jew trasferimenti ta’ fondi jew relazzjonijiet stabbiliti għal tranżazzjonijiet fil-kriptoassi jew trasferimenti ta’ kriptoassi;

▼B

(9) 

“persuna esposta politikament” tfisser persuna fiżika li hi jew li kienet fdata bi funzjonijiet pubbliċi prominenti u jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

kapijiet ta' Stat, kapijiet ta' gvern, Ministri u viċi Ministri jew segretarji parlamentari;

(b) 

membri parlamentari jew ta' korpi leġislattivi simili;

(c) 

membri ta' korpi governattivi ta' partiti politiċi;

(d) 

membri tal-qrati supremi, tal-qrati kostituzzjonali jew ta' korpi ġudizzjarji oħra ta' livell għoli li d-deċiżjonijiet tagħhom ġeneralment mhumiex soġġetti għal appell ulterjuri, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali;

(e) 

membri tal-qrati tal-awdituri u tal-bordijiet tal-banek ċentrali;

(f) 

ambaxxaturi, chargés d'affaires u uffiċjali ta' grad għoli fil-forzi armati;

(g) 

membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriżi li huma proprjetà tal-Istat;

(h) 

diretturi, viċi diretturi u membri tal-bord jew funzjoni ekwivalenti ta' organizzazzjoni internazzjonali.

L-ebda funzjoni pubblika msemmija fil-punti (a) sa (h) ma għandha tinftiehem li tkopri uffiċjali ta' gradi medji jew ta' gradi inqas;

(10) 

“membri tal-familja” tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

il-konjuġi, jew persuna meqjusa ekwivalenti għal konjuġi, ta' persuna esposta politikament;

(b) 

it-tfal u l-konjuġi tagħhom, jew persuni meqjusin ekwivalenti għal konjuġi, ta' persuna esposta politikament;

(c) 

il-ġenituri ta' persuna esposta politikament;

(11) 

“persuni magħrufa bħala assoċjati mill-qrib” tinkludi:

(a) 

persuni fiżiċi li huma magħrufa li għandhom sjieda benefiċjarja konġunta ta' entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti legali, jew kwalunkwe relazzjoni oħra ta' negozju mill-qrib, ma' persuna esposta politikament;

(b) 

persuni fiżiċi li għandhom sjieda benefiċjarja unika ta' entità legali jew arranġament legali li hija magħrufa li twaqqfet għall-benefiċċju de facto ta' persuna esposta politikament;

(12) 

“maniġment superjuri” tfisser uffiċjal jew impjegat b'għarfien suffiċjenti dwar l-esponiment għar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni u anzjanità suffiċjenti li jista' jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-esponiment għar-riskju u li mhuwiex meħtieġ li jkun membru tal-bord ta' diretturi;

(13) 

“relazzjoni ta' negozju” tfisser relazzjoni ta' negozju, professjonali jew kummerċjali li hija marbuta mal-attivitajiet professjonali tal-entitajiet marbutin b'obbligu u li hija mistennija, fil-mument li jiġi stabbilit il-kuntratt, li jkollha element ta' durata;

(14) 

“servizzi tal-logħob tal-azzard” tfisser servizz li jinvolvi logħob ta' flus f'logħob tal-azzard, inklużi dawk b'element ta' ħila bħal lotteriji, il-logħob tal-casino, il-logħob tal-poker u transazzjonijiet tal-imħatri li huma pprovduti f'post fiżiku jew bi kwalunkwe mezz, mill-bogħod, b'mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni, u fuq it-talba individwali ta' min jirċievi s-servizzi;

(15) 

“grupp” tfisser grupp ta' intrapriżi, li jikkonsisti minn intrapriża ewlenija, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-intrapriża ewlenija jew is-sussidjarji tagħha jkollhom parteċipazzjoni, kif ukoll intrapriżi marbutin flimkien b'relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

▼M1

(16) 

“flus elettroniċi” tfisser flus elettroniċi kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, bl-esklużjoni ta’ valur monetarju kif saret referenza għalih fl-Artikolu 1(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva;

▼B

(17) 

“shell bank” tfisser istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, jew istituzzjoni li l-attivitajiet tagħha jkunu ekwivalenti għal dawk ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, inkorporata f'ġurisdizzjoni li fiha ma għandha l-ebda preżenza fiżika, li tinvolvi ħsieb u ġestjoni sinifikanti, u li mhijiex affiljata ma' grupp finanzjarju rregolat;

▼M3

(18) 

“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), ħlief meta jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(2), (3)u (4) ta’ dak ir-Regolament jew li b’xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala fondi;

(19) 

“fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114 fejn it-twettiq ta’ servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16)(h) ta’ dak ir-Regolament;

▼M3

(20) 

“indirizz awtoospitat” tfisser indirizz awtoospitat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (20), tar-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.